Seħta fuq żeffien li għex 1,500 sena ilu

  • Ott 12, 2019 19:34
  • Miktub minn iNews
"

    Arkeologi rnexxielhom jaqraw kitba li kien hemm fuq ġebla li kienet instabet iktar minn 70 sena ilu. Is-sejba hija waħda interessanti u mhux tas- soltu għax fuqha hemm miktuba saħta l-konfront ta’ żeffien “popolari” li kien jgħix 500 WK.

    Din il-kitba jidher li tmur lura madwar 1,500 sena u kienet instabet s-snin 50 qrib il-fdalijiet tat-tempju ta’ Caesarea Maritima f’Iżrael. Dan it-tempju kien inbena żmien ir-Re Erodi l-Kbir madwar is-sena 22 QK. Il-kitba Griega kienet diffiċli ħafna biex tinqara minħabba ż-żmien li għadda, iżda grazzi għal teknoloġija avvanzata issa l-istoriċi setgħu jaqraw dak li hemm miktub.

    Din hija kitba li ha 110 vrus u tikkonsisti f’talba ta’ seħta biex “tiġi mxekkla ż-żifna ta’ Manna”. Din titlob biex “jintrabtu s-saqajn, l-idejn u l-għajnejn hekk kif Manna jiżfen t-teatru”.

    L-arkitett ta’ din is-saħta talab lill-alla Eġizzjan Thoth li kien meqjus bħala l-alla tal-kitba, għerf u ġudizzju. Apparti hekk l-awtur invoka “d-dimonji tas-sema, l-arja, l-art, ta’ taħt l-art, tal-ilma, tax-xmajjar u tal-kaskati”. Il-kitba titlob biex “Manna jiċċaqlaq bil-mod u jitlef il-bilanċ”.

    Il-Professur li qara din it-traskrizzjoni qal li huwa jemmen li din il-kitba tindika li Manna seta’ kien artist ta’ fama kbira. Hu tenna li din setgħet inkitbet minn xi rival tiegħu hekk kif l-arti taż-żfin jidher li kienet waħda prestiġjuża li ġġib ħafna flus, apparti l-fama u r-reputazzjoni.

    Fiż-żmien meta tnaqqxet din il-kitba, il-belt ta’ Caesarea Maritima kienet taħt il-kontroll tal-Imperu Biżantin. Minħabba dan, il-Professur jemmen li l-kittieb tas-seħta u l-vittma setgħu kienu ġejjin minn fazzjonijiet rivali. Dak iż-żmien kien hemm żewġ gruppi li jiddominaw (il-bluni u l-ħodor) u dawn kellhom rivalità kbira bejniethom. F’ċertu okkażjonijiet saħanistra kien hemm anke fejn spiċċaw bi rvellijiet fit-toroq.

    Il-Professur tenna li dawn talbiet bħal dawn instabu diversi drabi anke żmien il-Medju Evu. Skontu dan jindika li minkejja li kien hemm il-konverżjoni lejn il-Kristjaneżmu tal-Imperu Ruman, dan xorta ma waqqafx lin-nies milli jwettu maġija u jitolbu l-għajnuna ta’ allat mill-passat. Saħanistra, jgħid il-Professur, maż- żmien jidher li dawn it-tip ta’ talbiet saru aktar mifruxin u sofistikati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0