Wara 30 sena tinfetaħ mill-ġdid il-kamra tal-kontroll f’Chernobyl

  • Ott 12, 2019 14:52
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    Il-kamra tal-kontroll f’Chernobyl, fejn il-livell ta’ radjazzjoni hu 40,000 darba ogħla min-normal, se tkun qiegħda tinfetaħ għat-turisti. Dawk li jżuru l-post, se jkunu qegħdin jintalbu jilbsu lbies protettiv u jkollhom limitu ta’ ħames minuti kemm jistgħu jdumu fil-kamra. 

    Wara aktar minn 30 sena wara li seħħ id-diżastru ta’ Chernobyl, il-kamra tal-kontroll se tkun qiegħda tinfetaħ għat-turisti. Waqt li jkunu lebsin ħwejjeġ protettivi u maskri fuq wiċċhom, dawk li jżuru l-post se jkunu jistgħu jaraw kif kienet il-kamra tal-kontroll tas-Sezzjoni 4 fl-Impjant Nukleari minn fejn beda d-diżastru. 

    Kien proprju f’din il-kamra li fl-1986 il-ħaddiema tal-impjant tilfu ħajjithom jipprovaw iwaqqfu d-diżastru milli jseħħ. 

    Id-deputat kap tal-impjant ta’ Chernobyl, Aleksandr Novikov qal li dak il-lejl kien hemm xogħol il-ħabib tiegħu Leonid Toptunov. Qal li hu għen fil-ġlieda biex jipprovaw iwaqqfu dak li ġara wara. Beda jippompja l-ilma fir-reattur wara li seħħet l-isplużjoni u eventwalment miet tliet ġimgħat wara. 

    Wara s-sensiela televiżiva Chernobyl, dan il-post sar destinazzjoni mill-aktar imfittxija fost it-turisti ta’ madwar id-dinja. L-aġenzija tal-Istat Ukren dwar l-immaniġġjar ta’ żoni ta’ esklużjoni qiegħda tiddisinja 21 rotta ġdida għat-turisti minħabba ż-żieda fl-interess. Waħda minn dawn ir-rotot se tkun qiegħda tiftaħ il-bibien fil-kamra tal-kontroll għat-turisti. Din il-kamra tinsab f’sezzjoni 4 fejn splod r-reattur nukleari. 

    Jidher li l-post tant hu impressjonanti, li dak li jkun għandu bżonn biss ftit minuti biex jibqa’ jiftakar din ix-xena għal għomru u jibqa’ impressjonat. 

    Il-Kap tal-aġenzija tal-istat, Vitaly Petruk qal li s-sensiela televiżiva qanqlet l-interess f’Chernobyl u allura n-nies iridu jaraw iżjed. Għalhekk qal li jridu jissodisfaw din id-domanda. 

    Matul din is-sena, 85,000 persuna minn madwar id-dinja żaru l-Ukrajna biex jaraw dan is-sit magħruf. 

    Id-diżastru ta’ Chernobyl seħħ fis-26 ta’ April 1986. Jidher li l-inċident seħħ bil-konsegwenza ta’ ħafna żbalji li saru waqt test tas-sigurtà u dan wassal għall-isplużjoni tar-reattur nukleari. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0