''Inrawmu l-imħabba għall-kotba fost it-tfal tal-impjegati tal-BOV'' - Il-BOV b'inizjattiva mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

  • Ott 10, 2019 20:10
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Bank of Valletta, b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, reċentement organizza sessjonijiet ta' ‘Read with Me / Aqra Miegħi’ għall-impjegati tal-BOV u t-tfal żgħar tagħhom.

    Il-programm ta' ‘Read with Me / Aqra Miegħi’, appoġġjat mill-Bank of Valletta, jinsab fil-ħames sena konsekuttiva tiegħu u jippromwovi l-qari flimkien, b’enfasi fuq il-litteriżmu bikri u l-edukazzjoni tal-ġenituri.  L-għan ta’ dan il-programm nazzjonali ta’ litteriżmu hu li jrawwem l-imħabba għall-qari minn qabel ma t-tfal jirfsu l-għatba tal-iskola u jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-familji u tal-indokraturi biex irawmu pożittività lejn il-kotba. Il-programm jilħaq madwar 4,000 tifel u tifla mit-twelid sa 3 snin kull sena, flimkien mal-ġenituri/indokraturi li jakkumpanjawhom. Kull ġimgħa jsiru aktar minn 70 sessjoni mingħajr ħlas kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż f’ċentri madwar Malta u Għawdex. 

    Claire Marie Micallef mid-Dipartiment tal-PR u l-Marketing tal-BOV, li kkoordinat is-sessjonijiet għall-impjegati tal-BOV, qalet li: “L-impjegati tagħna ġew bit-trabi u t-tfal żgħar tagħhom għal dawn is-sessjonijiet wara l-ħin tal-uffiċċju, u l-Head Office tal-BOV nbidel f’ċentru edukattiv. It-tfal baqgħu imsaħħrin bis-sessjoni animata, filwaqt li l-ġenituri taw is-sehem tagħhom biex ikomplu jagħtu ħajja lil dawn is-sessjonijiet tal-qari.  L-edukazzjoni hija ta’ importanza kbira għall-Bank of Valletta, u aħna nagħmlu ħilitna biex ngħaddu dan il-valur lil kulħadd inkluż lill-impjegati tagħna.”

    Miriam Schembri, il-koordinatrici tal-programm mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qalet li: “Li jkollok il-ġenituri mill-BOV u t-tfal tagħhom jieħdu sehem b’mod attiv f’dawn is-sessjonijiet permezz ta’ logħob, kant u qari, verament jinkorpora l-ispirtu ta’ ‘Read with Me / Aqra Miegħi’. Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalina li l-impjegati tal-BOV jattendu dawn is-sessjonijiet għaliex b’dan il-mod il-programm tagħna jilħaq udjenzi akbar.”

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0