Magħruf il-post minn fejn oriġinat il-Pesta

  • Ott 10, 2019 11:52
  • Miktub minn iNews
"

    Studju li sar dan l-aħħar qiegħed jindika li l-Pesta, magħrufa bħala l-Mewt is-Sewda – li kienet qatlet madwar 200 miljun persuna f’Ewropa, jiġifieri 60% tal-pop­olazzjoni Ewropea – ori­ġinat mir-Russja.

    Ir-riċerkaturi rnexxielhom jaslu għal din il-konklużjoni wara studju li sar fuq batterja li kienet tinsab fis-snien ta’ persuni li kienu mietu b’din il-marda kerha. Is-sejba turi li din il-marda kellha post wieħed ta’ oriġini fl-Ewropa, sewwasew f’Laishevo fil-Lva­nt tar-Russja.

    Dik li hija magħrufa bħala l-Pesta kienet laqtet lill-Ewro­pa bejn l-1246 u l-1353. Din il-pandemija kienet ikkawżata minn batterja ma­għ­­rufa bħala Yersinia pestis, li kkawżat numru ta’ pesti li kienu jiġu trażmessi għan-nies mill-briegħed. Dawn il-briegħed kienu “twasslu” madwar l-Ewropa kollha minħabba l-ġrieden, li kienu fi kwantitajiet kbar speċjalment fiż-żoni l-iktar popolari mal-kummerċ. 

    L-istrain speċifika ta’ Y. pestis li kienet responsabbli għal din il-pandemija llum ġiet estinta. 

    Grazzi għal teknoloġija so­fistikata, ir-riċerkaturi rn­ex­xielhom jibnu l-genomes tal-Y. pestis minn DNA li ġabru minn vittmi madwar l-Ewropa. Huma kienu qegħdin ifittxu biex jaraw fejn tinsab l-eqdem strain ta’ din il-batterja. 

    Minn dan, it-tim ikkon­kluda li l-pesta kellha punt wieħed ta’ oriġini, u wisq probabbli dan kien beda f’Laishevo.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0