Arkeologi Iżraeliti jsibu “New York ta’ Żmien il-Bronż”

  • Ott 08, 2019 18:16
  • Miktub minn iNews
"

    A

    Arkeologi Iżraeliti

    jsibu “New York 

    ta’ Żmien il-Bronż”

    rkeologi Iżraeliti sabu l-fdalijiet ta’ belt li għa­ndha madwar 5,000 sena, liema belt hu maħsub li kienet fost l-ikbar li kien hemm fir-reġjun fiż-żmien tagħha. Din il-belt, li għandha daqs ta’ 0.65 kilometru kwa­dru tinkludi fortifikazzjonijiet, maqdes u ċimiterju. Huwa maħsub li f’din il-belt kien hemm jabitaw 6,000 persuna u din qiegħda tiġi deskritta mill-arkeologi bħala “New York ta’ Żmien il-Bronż” tar-reġjun. 

    Uffiċjali mill-Awtorità tal-Antikità ta’ Iżrael qalu li din hija belt li ġiet mibnija b’mod maħsub b’toroq li jisseparaw il-postijiet fejn jgħixu n-nies minn żoni pubbliċi. 

    Dan is-sit arkeoloġiku magħruf bħala En Esur qiegħed jiġi meqjus bħala l-iktar wieħed importanti ta’ din l-era f’dan ir-reġjun. Meta wieħed jikkumpara d-daqs tal-bliet ta’ żmien din l-era, wieħed jikkonkludi li din kienet belt kbira u vibranti bl-abitanti jaqilgħu l-għejxien tagħhom mill-agri­koltura u anke jwettqu kummerċ ma’ reġjuni u saħansitra kulturi u renji differenti. 

    Fil-qalba ta’ din il-belt kien hemm tempju u fih instabu għadd ta’ figurini rari ħafna li juru umani b’wiċċ ta’ annimali. Fit-tempju ns­ta­bu wkoll biċċiet ta’ għadam maħruq tal-annimali li huma xhieda li f’dan it-tem­pju kienu jsiru s-sagrifiċċji tal-annimali. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0