Stefan De Vrij fil-mira ta’ Barcelona

  • Ott 06, 2019 00:34
  • Miktub minn iNews
"

    Il-ġganti Spanjoli Barcelona qed jerġgħu juru interess fid-difensur ta’ Inter Stefan De Vrij. Dan tal-aħħar għandu 27 sena u huwa ta’ nazzjonalitá Olandiża. Huwa ngħaqad man-Nerazzurri fis-sena 2018 fejn lagħab 28 partita u skorja żewġ goals.

    Il-Katalani ilhom jiġru wara l-firma tad-difensur Olandiż sa mis-sajf li għadda iżda kienu qed jistennew li jbiegħu lill-player Franċiż Samuel Umtiti. Dan kollu ma seħħx u għalhekk kellhom jabbandunaw l-idea li jakkwistaw lill-ex player ta’ Lazio u Feyenoord.

    Barcelona qed ifittxu li jsaħħu d-difiża tagħhom u minbarra De Vrij qed jissemma’ wkoll Milan Skriniar li jilgħab ukoll ma’ Inter.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0