Id-disinjatur tal-ħwejjeġ Rene Ruiz ispirat mill-Blue Grotto

  • Aww 01, 2012 09:30
  • Miktub minn Victor Vella

    Il-Blue Grotto fiż-Żurrieq, hi waħda minn dawk l-attrazzjonijiet f'pajjiżna li tħalli effett fuq min jaqbad dik id-daqsxejn ta' dgħajsa minn Wied iż-Żurrieq u jmur iżurha. Din jidher li ħalliet effett sew fuq Rene Ruiż, disinjatur tal-ħwejjeġ fl-Istati Uniti, li ftit ilu għamel żjara f'Malta.

    Il-kulur ikħal tal-baħar flimkien mal-kulur tal-blat, ħallew impressjoni fuqu tant li fil-kollezzjoni għar-Rebbiegħa u s-Sajf li ġej, il-kollezzjoni ta' ħwejjeġ tiegħu se tkun ibbażata fuq il-kuluri li ra fil-Blue Grotto.

    Ruiz jgħid li "meta bdejt in-negozju ma kellix flus, u mexxejt kollox waħdi. Għamilt xogħol tajjeb u ta' kwalità". Illum in-negozju tiegħu hu meqjus bħala wieħed multi miljunarju b'kollezzjonijiet fl-ajruport ta' New York u Pariġi. Hu jbigħ il-ħwejjeġ tiegħu f'boutiques speċjalizzati fl-Istati Uniti, il-Kanada, l-Isvizzera, l-Għarabja Sawdija, il-Qatar u l-Kuwajt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1