Grupp ta’ Slimiżi għamlu riċerka flimkien mal-istoriku Tony Terribile dwar l-irvellijiet tas-Sette Giugno u sabu informazzjoni ġdida dwar dan l-avveniment storiku fl-istorja ta’ Malta.
Dawn il-grupp ta’ żgħażagħ għażlu li jippreżentaw din ir-riċerka l-ġdida fi produzzjoni li se ssir nhar id-19 u l-20 ta’ Ottubru ġewwa t-Teatru Salesjan. F’kuntatt ma’ inewsmalta huma spjegawlna li din il-produzzjoni tiffoka fuq l-aspett uman li ma jispikkax daqstant fil-kotba storiċi.
Infatti din il-produzzjoni se tiffokka b’mod partikolari fuq il-ħajja ta’ Manwel Attard, l-ewwel vittma tas-Sette Giugno.
"Manwel Attard, vittma tal-irvellijiet tas-Sette Giugno, kien joqgħod Tas-Sliema, imma ż-żmien nessa t-tifkira tiegħu. Permezz ta’ dan id-dramm, aħna ħdimna biex dan il-bniedem jiġi mogħti l-ġieħ li jixraqlu. Personalment, ma kontx naf fuqu fid-dettall, iżda permezz ta’ riċerka li saret irnexxieli noħloq figura, kap ta’ familja, patrijott li ma beżax juri l-fehma tiegħu f’dawk iż-żminijiet imqallba tal-istorja ta’ gżiritna," Qalilna l-kittieb ta' din il-produzzjoni.
Għal aktar informazzjoni żuru https://www.facebook.com/AZSUfficjali/?ref=br_rs
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.