“Le m’iniex jiena! Għaliex?”… Nicole tirraporta lill-Pulizija dwar ritratti ta’ tfajla għarwiena li MHIX hi

  • Set 28, 2019 13:27
  • Miktub minn iNews
"

    “Għaliex persuna għandha tasal tagħmel hekk? Għaliex bħala poplu nibqgħu lura meta naraw ritratti bħal dawn? Ma jkunx aħjar kieku kulħadd jerfa’ salibu?” Dawn huma ftit mill-mistoqsijiet li Nicole Ebejer ma tistax issib tweġibha għalihom wara li xi ħadd xerred ritratti ta’ tfajla oħra għarwiena mhemużin mal-profil tagħha daqslikieku kienet hi.

    Nicole Ebejer kienet waħda mill-parteċipanti tal-aħħar edizzjoni tal-Liquorish u li mill-istess programm kobliet iżżid is-segwaċi tagħha fuq is-siti soċjali. Ikkuntattjata minn Inewsmalta t-tfajla Maltija qalitilna li ftit tal-jiem ilu bdiet tirċievi ammont akbar mis-soltu ta’ friend requests fuq Facebook u li ammettiet li għall-ewwel ħasbet li kienet xi ċajta.

    Ġara iżda li xi sigħat wara malajr skopriet minn fejn kienu ġejjin. Persuna li sa issa għadha mhix magħrufa xerrdet żewġ ritratti ta’ tfajla għarwiena f’ambjent tipiku rurali Malti u magħhom hemeż il-profil tat-tfajla bid-dettalji tagħha daqslikieku kienet hi.

    Ebejer ikkonfermat magħna li marret immedjatament għand il-Pulizija biex tirraporta dwar dan, iżda sfortuanatment jidher li ftit hemm tama li min ħareġ b’din l-idea jinqabad għax minn naħa tagħhom Facebook ftit li xejn jgħaddu informazzjoni kunfidenzjali.

    Ebejer xtaqet tikkjarifika li hi m’għandha l-ebda problema bin-nudiżmu. Ma għandha l-ebda problema li xxerred ritratti ta’ photoshoots li tieħu hi stess, liema ritratti tkun fasslet skont ix-xewqa tagħha. Minkejja dan hija qalet li ma tħossx li għandha terfa’ r-responsabbilità ta’ ritratti li la huma tagħha u li għal min jafha ftit li xejn hemm xi tqabbel bejn iż-żewġ personalitajiet. Infatti Ebejer sostniet li l-unika ħaġa li hemm komuni bejn iż-żewġ figuri, huwa biss in-nuċċali li hi rarament tuża.

    Nicole kompliet tgħid magħna li minkejja li hi rabbiet ċertu qoxra dwar dawn l-affarijiet, li kieku fil-mira ta’ dan l-abbuż kien hemm tfajla oħra l-affarijiet setgħu jispiċċaw ferm agħar. Sostniet li tfajla li mhix daqshekk kunfidenti bil-figura tagħha jew li qatt ma tkun ħadet dawn it-tip ta’ ritratti setgħet faċilment tinħakem minn pressjoni fejn jidħlu ħbieb u l-apparenza tagħha fil-pubbliku li setgħu wasslu għal konsegwenzi xejn sbieħ.

    Nicole temmen li l-persuna li beda jew bdiet din il-ħaġa huwa jew hija friend magħha fuq facebook u li x-xewqa tagħha hija li tasal għalih jew għaliha biex tistaqsi għaliex xi ħadd għandu jagħmel dawn l-affarijiet. Mistoqsija dwar x’wassal biex inxterdu daqstant dawn ir-ritratti hija qalet ma’ inewsmalta li sfortunatament bħala poplu għadna lura fejn jidħlu dawn it-tip ta’ ritratti. Sostniet li anke jekk stess din it-tfajla tar-ritratt kellha l-parti tagħha mhix mqaxxra jaf dak ir-ritratt kien intenzjonat biex iwassal messaġġ li dik it-tfajla kienet kuntenta hi kif inhi hemm fir-ritratt u ħadd ma kellu dritt jikkumenta dwarha.

    Nicole temmet tgħidilna li waslet fi stat li ma tridx tisma’ aktar dwar dak li ġara għax ħajjitha spiċċat iddur ma’ ritratti li lanqas biss għandha x’taqsam magħhom u appellat lill-pubbliku biex meta jiltaqa’ ma każijiet bħal dawn jirraporta u mhux ikompli jxerred din il-mibegħda.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0