Liverpool jistgħu jitkeċċew mil-League Cup

  • Set 28, 2019 13:25
  • Miktub minn iNews

    Liverpool jistgħu jitkeċċew mil-League Cup minħabba li allegatament utilizzaw player ineliġibbli fir-rebħa ta’ 2-0 fuq MK Dons, fit-tielet round.

    Għaldaqstant se ssir investigazzjoni mill-Football League u jekk ir-Reds jinstabu ħatja jistgħu jitkeċċew mill-kompetizzjoni. Għadu mhux magħruf min huwa l-player ineliġibbli u l-opinjonisti qed isostnu li jista’ jkun wieħed mill-players żgħażagħ il-ġodda.

    Fir-round li jmiss Liverpool se jospitaw lil Arsenal f’Anfield. F’każ li huma jitneħħew mill-kompetizzjoni, Arsenal ikollhom imorru jilagħbu għand MK Dons.

    Peró, ħames snin ilu meta Sunderland instabu ħatja li kienu utilizzaw player ineliġibbli huma ġew immultati minflok ġew sospiżi mill-istess kompetizzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0