Ma jaċċettawx lil tifla ta' sentejn f'ċentru tat-tfal minħabba d-diżabbiltà tagħha

  • Set 25, 2019 20:20
  • Miktub minn iNews
"

    F’każ xokkanti fir-Russja, tifla ta’ sentejn b’diżabbiltà mhix se titħalla tibqa’ tattendi ċentru tat-tfal minħabba li l-ħaddiema taċ-ċentru qed jisħqu li qed tbeżża’ lit-tfal l-oħrajn.

    Saħansitra l-ġenituri tagħha, li joqogħdu fir-Repubblika ta’ Bashkortostan fir-Russja, intqalilhom li jekk iridu li t-tifla tattendi ċ-ċentru, allura jeħtieġ li binthom issirilha operazzjoni. Madankollu minkejja li l-ġenituri tagħha qed jipprovaw jagħmlu minn kollox biex binthom ikollha l-operazzjoni meħtieġa, l-esperti mediċi qed jisħqu li l-iżvilupp tat-tifla jaf jiġi affettwat ladarba ma titħalliex tinteraġixxi ma’ tfal oħrajn tal-istess età tagħha.

    Il-ġenituri tagħha, Rasul u Svetlana Gizatullina, jgħixu f’dar fir-raħal ta’ Alatany fejn saħansitra lanqas għandhom provvista ta’ dawl u elettriku.

    Intant il-midja lokali qed tinvestiga lill-ħaddiema taċ-ċentru tat-tfal talli rrifjutaw li jilqgħu lit-tifla, u għaliex baqgħet ma ġietx offruta l-kura medika approprjata.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0