Kampjonat Premier: Sta Lucia jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika

  • Set 22, 2019 23:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Sta Lucia ..... 2

    Tarxien R..... 1

    It-team promoss ta’ Sta Lucia kompla jimpressjona meta għeleb lil dak ta’ Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 2-1 biex filwaqt li tela’ jaqsam l-ewwel post tal-klassifika, Tarxien għadhom qed ifittxu l-ewwel punt.

    Kienu r-Rainbows li ħarġu tajjeb  u wara tliet minuti ħolqu l-ewwel azzjoni iżda t-tentattiv ta’ Tenorio Viveros minn barra l-kaxxa ntemm għoli.

    Ir-risposta ta’ Santa Lucia waslet fl-għaxar minuta meta Kevin Rosero dar taj­jeb ma’ difensur avversarju iżda falla l-mira.

    Fit-13-il minuta, Santa Lucia fetħu l-iskor mill-Ġappuniż, REI TACHIKAWA, li b’daqqa ta’ ras stupenda mill-viċin għeleb lill-goalkeeper Rudy Briffa.

    Ir-Rainbows ippruvaw jagħmlu reazzjoni u fl-20 minuta, il-free-kick ta’ Tho­mas Veronese ġie mxellef f’corner Ryan Caruana. 

    Iżda tliet minuti wara, huma kisbu d-draw meta minn free-kick mogħti minn 30 metru bogħod, THOMAS VERONESE venven xutt li spiċċa fis-saqaf tax-xibka. 

    Wara dan il-goal, ir-ritmu naqas biex il-logħob żvolġa f’nofs il-ground bil-goalkeepers rispettivi ftit li xejn kellhom x’jagħmlu fil-kumplament tal-ewwel taq­sima.

    Wara sitt minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima kien l-attakkant Tachikawa li b’nofs rovvexjata xeħet ftit għoli.

    Fit-62 minuta free-kick mogħti minn Camilo Escobar ġie mblukkat faċilment mill-goalkeeper Briffa.

    Fis-67 minuta, Santa Lucia marru fil-vantaġġ meta l-goalkeeper Briffa ma rnexxielux iżomm ix-xutt b’saħħtu ta’ DAVID MENDOZA, bil-ballun jaqbeż il-linja fatali. 

    Sitt minuti mit-tmiem ir-Rainbows kienu sfortunati li ma skorjawx il-goal tad-draw meta x-xutt tad-debuttant, Emile Damey, stampa mas-sieq il-lasta.

    Fit-92 minuta l-goalkeeper ta’ Santa Lucia salva r-riżultat meta wettaq save fuq Miranda Gomes iżda mir-rebound Emile Damey xeħet għoli.

    STA LUCIA: 12-Ryan Caruana, 3-Gabriel Mentz Bohner, 6-David Mendoza, 11-Kevin Ante Rosero, 17-Jacob Walker, 18-Daniel Agius, 19-Farid Zuniga, 22-Jamie Zerafa, 24-Camilo Escobar (20-Omar Elouni 63), 88-Rei Tachikawa (8-Jamie Magri Overend 85), 90-Wilkinson Gomes (66-Lee Galea 79) - Coach: Oliver Spi­teri

    TARXIEN R.: 1-Rudy Briffa, 2-Marco Botta (8-Matthew Spiteri 76), 3-Thomas Veronese, 6-Daniel Zerafa, 9-Emile Damey, 13-Gary Camilleri, 14-Stiv Shaba (5-Brandon Muscat 76),  15-Marko Stanojevic (22-Miguel Ciantar 86), 17-Brooke Farrugia,  23-Miranda Gomez, 28-Jairo Andres Tenorio Viveros - Coach: Marko Glumac

    REFEREE: Malcolm Spiteri

    ASS. REFEREES:Alan Camilleri, Jurgen Spiteri

    RABA’ UFF: Andrea Sciriha

    SKORERS:R. Tachikawa 13, D. Mendoza 67 (SL), T. Veronese 23 (TR)

    AMMONITI:J. Zerafa (SL) M. Botta (TR)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:R. Tachikawa (SL)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0