Kampjonat Premier: Draw ta’ mingħajr goals bejn Floriana u Gzira U.

  • Set 22, 2019 23:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Floriana ...... 0

    Gzira U....... 0

    Floriana ma rnexxilhomx jaqbżu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika meta spiċċaw fi draw ta’ 0-0 kontra Gzira United li min-naħa tagħhom, dan huwa r-raba’ draw konsekuttiv minn daqstant logħbiet.

    Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel azzjoni meta fl-10 minuta, xutt tal-midfielder ta’ Floriana,  Diego Venancio, mid-distanza spiċċa ferm barra.

    Tliet minuti wara kien xutt dgħajjef fil-baxx ta’ Brandon Paiber li ġie faċilment mblukkat minn Haber.

    Il-Greens komplew jippressaw u fit-23 minuta tentattiv ta’ Mattias Garcia ntemm barra. Erba’ minuti wara xutt mill-viċin ta’ Ulises Jose Arias ġie mblukkat mid-difiża tal-Maroons.

    It-tweġiba tal-istess Maroons waslet fit-28 minuta b’xutt djagonali fil-baxx ta’ Zachary Scerri ġie salvat minn Ini Akpan.

    Minuta wara xutt in­sidjuż bid-dawra ta’ Kristian Keqi niżel jħakkek mal-mimduda. Fil-35 minuta, kien intervent providenzjali ta’ Alexander Cini fuq Jefferson De Assis li tajjar il-ballun f’corner qabel l-attakkant Brażiljan seta’ jkun ta’ periklu. 

    Minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima,  Augusto Ca­seres impenja lill-goalkeper Haber b’xutt ċentrali.

    Fit-58 minuta, l-istess Haber kien ferm pront biex imblokka free-kick potenti mogħti minn Diego Venancio. 

    Żewġ minuti wara xutt ta’ Gianmarco Conti għadda ftit barra. Fit-68 minuta t-tentattiv ta’ Hamed Kone minn qagħda ċentrali spiċċa ferm għoli fuq il-mimduda. 

    Fil-75 minuta De Assis ħarab waħdu u fajjar xutt li spiċċa wara l-goalkeeper Akpan, iżda referee ħassar il-goal minħabba foul.

    Erba’ minuti wara freekick mogħti minn Diego Venancio għadda jħakkek mal-lasta.

    Il-partita kellha tmiem b’żewġ tkeċċijiet - Matias Garcia (85) għal Floriana u Zachary Scerri (87) għal Gzira wara li ntwerew żewġ karti sofor.

    FLORIANA: 12-Ini Akpan, 6-Enzo Ruiz, 7-Diego Venancio, 9-Kristian Keqi (8-Clyde Borg 88), 10-Ulises Jose Arias, 11-Brandon Diego Paiber (30-Jan Busuttil 72), 17-Jurgen Pisani, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Augusto Caseres (99-Tiago Adan Fonseca 60), 22-Alexander Cini, 94-Ryan Camenzuli  - Coach: Vincenzo Potenza

    GZIRA U.: 16-Justin Haber, 4-Fernando Barbosa, 5-Gianmarco Conti, 6-Nikolai Muscat, 7-Zachary Scerri, 8-Rodolfo Soares, 13-Clifford Gatt Baldacchino (19-Christian Sammut 83), 21-Hamed Kone (10-Andrew Cohen 74), 87-Arthur Oyama, 91-Martin Davis, 94-Jefferson De Assis - Coach: Giovanni Tedesco

    REFEREE: Alan Mario Sant

    ASS. REFEREES:Luke Portelli, Duncan Sultana

    RABA’ UFF: Stefan Pace

    AMMONITI: M. Garcia (F), J. De Assis, Z. Scerri (GU)

    TKEĊĊEW:M. Garcia,  85 (F)  Z. Scerri 87 (GU)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Diego Venancio (F)

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0