Voomquest Enemed GP3: It-tim Malti El Diablo jerbaħ tlieta minn tlieta!

  • Set 22, 2019 19:18
  • Miktub minn iNews
"

    It-tim Malti El Diablo rnexxielu jikseb punti massimi wara li rebaħ it-tliet tiġrijiet li saru fi tmiem il-ġimgħa. Ftit tal-mumenti ilu t-tim Malti kiseb l-ewwel post fl-aħħar tellieqa tal-Voomquest Enemed UIM V2 World Powerboat Championship GP3. Huma sabu posthom fuq il-podium segwiti minn Freccia Blu li kisbu t-tieni post u Marine Diffusion li kisbu t-tielet post.

    Fl-aħħar preżentazzjoni tal-midalji, Aaron Ciantar qal li dawn it-tlielaq ikkonfermaw l-impenn tat-timijiet u l-organizzaturi. Qal li t-temp ippermetta tmiem il-ġimgħa mill-isbaħ u li fortunatament ma kien hemm l-ebda inċident. HBuwa temm jgħid li issa jħares ’il quddiem biex jara x’se jiġri f’Ragusa.

    Iċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Enemed Kevin Chircop qal li hu jara progress kontinwu mis-sewwieqa kollha u dan juri l-professjonalità tal-kampjonat. Qal li jemmen li grazzi għal Enemed dan il-kampjonat għamel passi ta’ ġgant u dan huwa sodisfazzjon kbir għalihom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0