Impjegat tal-Gvern imkeċċi miċ-Ċina... arrestat fiċ-Ċina fuq rapport falz

  • Set 22, 2019 17:06
  • Miktub minn iNews
"

    L-awtoritajiet governattivi qegħdin jinvestigaw il-każ fejn impjegat tal-Gvern li kien għal kors fiċ-Ċina, allegatament tkeċċa minn hemm u ntbagħat lura lejn Malta.  Jidher li dan seħħ wara li saret akkuża li allegatament għamel rapport falz lill-Pulizija f’Beijing. Fil-każ daħal l-ambaxxatur ta’ Malta fiċ-Ċina.

    Malti, li hu impjegat tal-Gvern u li  kien qed attendi kors fiċ-Ċina spiċċa arrestat f’Beijing fis-16 ta’ Settembru. Dan sar fuq akkuża li għamel rapport falz lill-Pulizija f’Beijing. 

    Inewsmalta ippruvat tagħmel kuntatt ma’ dan l-uffiċjal iżda t-tentattitvi tagħna rriżultaw fin-negattiv.

    Din il-gazzetta hi infirmata li f’dan il-każ daħal fih l-Ambaxxatur ta’ Malta fiċ-Ċina, John Aquilina.

    Dan l-impjegat kien  qed jattendi programm ta’ taħriġ offrut mill-Ministeru tal-Kummerċ Ċiniż. Il-programm beda fid-29 ta’ Awwissu u kellu jispiċċa fit-18 ta’ Settembru.

    Inewsmalta hi infurmata li nhar it Tnejn li  għadda, l6 ta Settembru hu mar jagħmel rapport fl- Għassa tal-Pulzija ta’ Pingxi  fid-Distrett ta’ Changping f‘Beijing.

    L-impjegat allega li  fi triqtu lejn il-ukanda, żewġ irġiel Ċiniżi qabżu fuqu u serqulu il-camera li tiswa €290. Hu rapporta ukoll li serqulu €2500 li kellu fuqu.

    Jirriżulta li l-Pulizija fl-investigazzjoni tagħhom raw sewwa l-cameras tat-triq fejn il-Malti allega li saret is-serqa fuqu. Huma akkużawh li kien qed jigdeb. Hu allegat li hu ammetta. 

    Kien hawn li fl-istorja daħal l-Ambaxxatur Malti fiċ-Ċina. Hu tkeċċa immedjatament lejn Malta nhar it Tnejn. Jidher li l-awtoritajiet lanqas tawh ċans jikkonkludi l-kors li kien qed jattendi.

    Hu mifhum sewwa li l-Ambaxxata Ċiniża Malta ħadet il-każ b’serjetà kbira. Kollox qed jindika li jidher li se tinsisti li jittieħdu passi kontra dan l-impjegat.  

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0