L-Indja tipprojbixxi s-sigaretti elettroniċi

  • Set 22, 2019 16:26
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Gvern Indjan ħabbar projbizzjoni fuq il-produzzjoni, l-importazzjoni u l-bejgħ ta’ sigaretti elettroniċi, u sostna li dawn huma ta’ riskju għas-saħħa. Il-Gvern Indjan insista li din id-direttiva kienet iffukata primarjament fl-interess tal-impatt li dan it-tip ta’ tipjip ikollu fuq iż-żgħażagħ. Fl-Indja hemm aktar minn 100 miljun adult li jpejjep, u b’hekk hija suq potenzjali enormi għal dawn it-tip ta’ kumpaniji.

    Filwaqt li dawn it-tip ta’ sigaretti, u l-proċess li jissejjaħ vaping jinvolvu taħlita ta’ nikotina, ilma, solvent u togħmiet, dawn huma meqjusa bħala alternattiva għat-tipjip bl-iskop li eventwalment taqta’ għal kollox, l-impatt tagħhom fuq is-saħħa għadu mhux magħruf sew. Il-projbizzjoni, li ma taffettwax it-tabakk tradizzjonali, tinkludi termini ta’ ħabs sa massimu ta’ tliet snin.

    L-Indja hija t-tieni l-akbar konsumatur ta’ prodotti tat-tabakk wara ċ-Ċina, u aktar minn 900,000 persuna jmutu fis-sena b’mard marbut ma din is-sustanza. Filwaqt li persuni li qed jopponu din il-projbizzjoni qed jargumentaw li mingħajr dawn it-tip ta’ sigaretti, min kien ipejjep se jmur lura għat-tabakk tradizzjonali, il-Gvern Indjan sostna li dan it-tip ta’ tipjip (vaping) qed isir kważi bħala fashion statement u ried jevita li jilħaq livell ta’ epidemija.

    Filwaqt li fl-aħħar snin kien hemm tnaqqis żgħir fin-numru ta’ nies madwar id-dinja li jpejpu, in-numru ta’ vapers kiber sostanzjalment, minn 7 miljuni fl-2011 għal 41 miljun fl-2018.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0