[Aġġornata] Kolumbjan jammetti li ħebb għal koppja f'Għawdex

  • Set 24, 2019 09:35
  • Miktub minn iNews
"

    Kolumbjan ta' 29 sena kien ikkundannat ħames snin ħabs wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Paul Coppini li ħebb għal koppja Ingliża f'Għawdex.

    Sergio Andres Guzman Aguilar ammetta li fit-22 ta' Settembru, fi Triq il-Bullara fix-Xagħra, ħebb għal Ingliż ta' 58 sena u Ingliża ta' 55 sena kif ukoll li serqilhom il-ġojellerija li kellhom fuqhom.

    Aguilar ammetta wkoll li ikkaġuna ġrieħi gravi lill-mara meta ħabtilha rasha ma' karozza u ġrieħi ħfief lir-raġel wara li tah daqqa ta' ġebla.

    Il-prosekuzzjoni f'dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Bernard Spiteri waqt li l-Avukat Deborah Camilleri iddefendiet lill-Kolumbjan.

    Aktar kmieni: Il-Pulizija għadha kemm ikkonfermat li għall-ħabta tal-10.00 a.m se jkun qiegħed jitressaq raġel quddiem il-Qorti Għawdxija b'rabta mal-każ ta' żewġ persuni li ġew aggrediti fix-Xagħra Għawdex il-Ħadd li għadda.

    Il-Ħadd 22 ta' Settembru għall-ħabta tal-4.00 a.m il-Pulizija kellha tintervjeni fi Triq Bullara fix-Xagħra Għawdex.

    Minn stħarriġ illi sar irriżulta li żewġ persuni kienu ġarrbu xi ġrieħi. Ir-raġel, Ingliż ta’ 58 sena u l-mara Ingliża ta’ 55 sena allegaw li kienu ġew aggrediti b’ġebla minn persuna. L-aggressur allegatament ħarab mill-post wara li seraq xi ġojjellerija minn fuq iż-żewġ persuni.

    Iż-żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn aktar tard ir-raġel irriżulta li kien sofra ġrieħi ħfief filwaqt li sfortunatament l-mara kienet indarbet gravi.

    Aktar tard fl-istess jum, il-Pulizija kkonfermat li kienet qiegħda żomm raġel ta' 29 sena ta' nazzjonalità barranija u li jinsab l-għassa tar-Rabat biex jiġi mitkellem. 

    Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Paul Coppini.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0