Arrestat fuq suspett ta' involviment fil-ħtif ta' ajruplan Amerikan fl-1985

  • Set 22, 2019 12:46
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta’ 65 sena mil-Libanu, qed jinżamm miżmum mill-awtoritajiet Griegi fuq suspett li kien involut fil-ħtif ta’ ajruplan Amerikan fl-1985.

    Huwa ġie arrestat f’Mykonos fil-Ġreċja wara li niżel minn fuq cruise liner. Dan hekk kif meta resaq biex jippreżenta l-passaport, l-identità tiegħu rriżultat li qiegħed ikun imfittex mill-Ġermaniżi.

    It-titjira Trans World Airlines 847, x’aktarx inħatfet minn militanti maħsubin li jiffurmaw parti minn grupp Iżlamiku li kien isejjaħ lilu nnifsu Hezbollah.

    Il-grupp baqa’ sal-lum jiċħad kwalunkwe involviment f’dan il-każ.  Fil-ħtif kien inqatel għaddas militari Amerikan.

    It-titjira kellha titlaq mill-Kajr u tasal San Diego iżda dan qatt ma seħħ hekk kif inħatfet waqt waqfa f’Ateni u ġiet sfurzata tinżel f’Beirut.

    Abbord it-titjira kien hemm 153 passiġġier u membri tal-ekwipaġġ li nżammu ostaġġi għal 17-il ġurnata. Uħud mill-ostaġġi ġew marbuta u msawta mill-militanti li kienu qed jitolbu għar-rilaxx ta’ mijiet ta’ persuni taħt arrest fl-Iżrael.

    Meta t-talba tagħhom ma ntlaqatx, il-militanti sparaw u qatlu lil Robert Dean Stethem, għaddas Amerikan, u waddbuh fuq it-tarmak tal-ajruport ta’ Beirut. Wara dan, il-militanti bdew jirrilaxxaw lill-ostaġġi.

    Skont l-FBI, mill-anqas erba’ persuni kienu involuti fil-ħtif tal-ajruplan; Mohammed Ali Hamadei li ġie arrestat fil-Ġermanja fl-1987 li wara li ġie rilaxxat fl-2005, irritorna f’Beirut. Imad Mughniyeh ukoll kien involut fil-ħtif u nqatel fl-2008 f’Damascus mentri Hassan Izz-Al-Din u Ali Atwa għadhom qatt ma nqabdu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0