Il-GWU b’tilwima industrijali mal-Ministeru tas-Saħħa u l-kumpanija Healthmark

  • Set 22, 2019 12:05
  • Miktub minn iNews
"

    Il-General Workers’ Union irreġistrat tilwima industrijali mal-Ministeru tas-Saħħa u l-kumpanija Healthmark minħabba l-mod li bih qed jitħaddmu l-care workers tal-kuntrattur. Ir-raġuni ewlenija hija li dawn il-ħaddiema qed ibatu l-konsegwenzi tal-indifferenza tal-awtoritajiet tas-saħħa, fejn fil-ġurnata normali tax-xogħol tagħhom qed ikunu sfurzati jieħdu sagħtejn brejk mhux imħallsa.

    Is-Segretarju tat-Taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin qal li din is-sitwazzjoni hija maħluqa minn tfassil ta’ ħinijiet ta’ xiftijiet li huma differenti minn dawk tal-ħaddiema tas-servizz pubbliku nnifsu. Dan qed iwassal biex il-ħaddiema tal-kuntrattur kull tnax-il ġurnata xogħol qed ikollhom ukoll jaħdmu ġurnata żejda bil-għan li jakkumulaw is-sigħat ta’ xogħol ta’ kull xahar.

    Bondin stqarr li l-mod kif hija mfassla l-ġurnata xogħol ta’ dawn il-care workers qed toħloq problemi bla bżonn kif ukoll li: “Dawn l-ħaddiema ġewwa l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru tas-Saħħa huma l-uniċi li qed ikollhom jieħdu brejk daqstant twil. Din is-sitwazzjoni qed toħloq ambjent tax-xogħol inġust għal dawn il-ħaddiema. Ma nistgħux naċċettaw li jkun hemm sitwazzjoni fejn ikollok ħaddiema tal-ewwel u tat-tieni klassi. Dawn il-ħaddiema qed jagħmlu xogħol meħtieġ u siewi u għaldaqstant għandhom ikunu trattati b’mod ġust u rispettuż.”

    Il-GWU kellha tasal għal dan il-punt wara li l-awtoritajiet tas-saħħa naqsu li jieħdu azzjoni biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni, minkejja li l-Union ilha għal diversi xhur titlob biex dan iseħħ. Il-GWU qed tagħmilha ċara li fin-nuqqas li b’mod immedjat dawn il-ħaddiema mhux se jkollhom titjib fil-ħinijiet tax-xogħol tagħhom, il-Union se tirrikorri għall-azzjonijiet industrijali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0