”Biex intaffu l-effetti tat-tibdil fil-klima hemm bżonn mudell ekonomiku sostenibbli li joħloq impjiegi ġodda” ? Miriam Dalli

  • Set 22, 2019 11:43
  • Miktub minn iNews
"

    Biex niġġieldu l-impatti tal-bidliet fil-klima, neħtieġu bidla fil-mentalità, li twassal għal evoluzzjoni minn mudell ekonomiku tradizzjonali għal wieħed sostenibbli. Dan sostnietu l-Viċi President tal-S&D Miriam Dalli waqt konferenza fi New York.

    Waqt dibattitu mtella’ mill-Fondazzjoni għall-Istudji Progressivi Ewropej (FEPS), Miriam Dalli appellat għal bidla fl-imġieba tagħna u titjib fil-mod li biħ joperaw diversi industriji. 

    “Il-bidla fil-klima qed taffettwana lkoll. Ejja ninċentivaw imġieba li twassal biex nilħqu miri stabbiliti, inkluż mobilità aktar nadifa fis-setturi kollha; fit-trasport, fl-avjazzjoni u fis-settur marittimu. L-intrapriżi żgħar u medji għandhom rwol kruċjali ukoll, billi joffru servizzi u prodotti aktar ekoloġiċi,” qalet Miriam Dalli.

    "Għandna bżonn nibdlu l-mudelli ekonomiċi tradizzjonali tagħna f'oħrajn sostenibbli u ekoloġiċi, li joħolqu impjiegi ġodda."

    Miriam Dalli qalet li l-klima m'għandhiex titqies bħala piż finanzjarju iżda bħala opportunità għal mudell ekonomiku ġdid li jinċentiva komunitajiet sostenibbli, l-innovazzjoni, industrija aktar nadifa u infrastruttura aħjar. Fil-Parlament Ewropew, Dalli qed tinsisti biex ikun hemm tranżizzjoni effettiva f’dan is-sens għall-ħaddiema, kumpaniji u ċittadini. 

    Meta ltaqgħet mal-attivista dwar il-klima Greta Thunberg fil-Parlament Ewropew ħames xhur ilu, Dalli insistiet li żgħażagħ ta’ 16-il sena għandu jkollhom id-dritt li jivvutaw. Fi New York, tenniet li "iż-żgħażagħ jixirqilhom kemm l-ispazju biex jitkellmu u l-opportunità li jieħdu sehem fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet." 

    Nhar il-Ġimgħa, Miriam Dalli ngħaqdet ma’ eluf oħra fi protesta kontra t-tisħin fil-klima, hekk kif mexxejja globali qed jiltaqgħu waqt Summit tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Azzjoni dwar it-Tisħin fil-Klima, bil-għan li tkun faċilitata azzjoni biex jintlaħqu l-miri tal-Ftehim ta' Pariġi. Dan il-ftehim għandu l-għan li jillimita ż-żieda globali fit-tisħin fil-klima b'1.5 gradi, sabiex ikunu evitati l-aktar effetti devastanti tal-bidla fil-klima.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0