Il-familja ta’ DCG ma waqqgħetx kawżi li bdiet hi

  • Set 22, 2019 10:53
  • Miktub minn iNews
"

    Il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia rebħet eluf ta’ ewro fi ħlas ta’ danni minn sentenzi ta’ libell li nqatgħu wara l-qtil tagħha. Sentenzi li komplew għax żewġha u uliedha daħlu għalihom u komplew imexxuhom ‘il quddiem tant li waslu sas-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati. 

    Iktar minn hekk, bdew proċeduri wkoll il-Qorti kontra l-Ministru Chris Cardona għax ma kompliex kawża ta’ libell. Dan fl-istess ħin li qed jitolbu lill-Prim Ministru biex iwaqqa’ kawża ta’ libell li kien beda fil-konfront tagħha dwar Egrant. Il-Prim Ministru qal li hu lest iwaqqa’ l-libell jekk jirikonoxxu r-rapport Egrant, xi ħaġa li huma sejħu bħala “blackmail”.  

    Żewġ libelli li Peter Caruana Galizia u wliedu daħlu għalihom kienu marbuta ma’ kuntratti li ħadet id-ditta legali li fiha jaħdem żewġha u Andrew Borg Cardona. Dan fi żmien gvern Nazzjonalista. Il-gazzetta KullĦadd kienet irrapportat dwar dan u Caruana Galizia ħassitha offiża għax argumentat li hi ma kinitx parti milll-kumpaniji li ħadu l-kuntratti u li hi kienet tagħmel parti minnhom. Eventwalment, il-familja Caruana Galizia rebħet il-każ kontra l-editur tal-KullĦadd f’kawża li orġinarjament infetħet kontra Toni Abela, li meta sar Imħallef għaddiet fuq Aleander Balzan. Anke s-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia kellu jħallas xi danni wara li kien xerred din l-istorja u kkummenta fuqha fuq il-mezzi soċjali. Fil-konfront tiegħu wkoll baqgħu għaddejin bil-kawża u ma waqqawhiex kif iridu lill-Prim Ministru jagħmel. 

    Iżda, hemm każ ieħor li għadu għaddej bħalissa. Dan huwa kontra l-Ministru Chris Cardona. B’teknikalità legali magħrufa bħala l-liberatorja l-każ kien tħassar mil-lista li kellu quddiemu l-Maġistrat Francesco Depasquale. Kien l-avukat li deher għall-familja Caruana Galizia li għamel din it-talba. Il-Maġistrat laqa’ din it-talba u l-libelli tħassru mil-lista. 

    Chris Cardona kien ikollu jibda proċeduri legali oħra biex jerġa’ jagħti l-ħajja dawn il-libelli. Iżda, għax m’għażilx li jagħmel hekk il-familja ta’ Caruana Galizia ddeċidiet li tibda kawża kontra tiegħu l-Qorti. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0