“Naħdmu kuljum mingħajr ma nagħtu kas is-surveys u affarijiet oħra” - Il-Prim Ministru

  • Set 22, 2019 10:28
  • Miktub minn iNews
"

    Wara li l-Gvern ħatar inkjesta pubblika indipendenti dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li ntagħżlu persuni ta’ integrità kbira u ħadd mhu jikkontesta l-għażla tat-tliet persuni maħtura. Huwa qal, “ninnota li ħadd ma kkritika u ħadd mhu qiegħed jikkontesta l-etiċità u s-saħħa tal-persuni magħżula.”

    Waqt kollegament telefoniku fuq ONE radio, Muscat għal darb’oħra reġa’ tenna li lest iħares u jisma’ dak li għandha xi tgħid il-familja Caruana Galizia. Huwa qal li m’għandu l-ebda problema li jiltaqa’ magħhom biex jiddiskutu.

    Fid-dawl li nhar il-Ġimgħa ntetħu l-ewwel żewġ flyovers tal-Marsa Junction Project, il-Prim Ministru sostna li bħala Gvern qiegħed jipprepara lill-pajjiż għall-futur. Huwa spjega li dan il-proġett tassew jagħmel differenza, l-ewwel nett għan-nies tas-south peress li hija l-iktar junction li jgħaddu l-iktar nies minnha u li kienet junction li qatt ma sar xejn bis-serjetà dwarha ħlief meta saru l-ligħts tal-Addolorata. Muscat qal, “M’hemmx dubju li Infrastructure Malta kienet kruċjali biex tara li dan ix-xogħol isir. Issa rridu li fi ftit xhur niftħu l-parti l-oħra.”

    Rigward iż-żieda sostanzjali fil-prezz taż-żejt, Muscat qal li l-Gvern ta garanzija li l-prezzijiet tal-enerġija mhux se jiżdiedu għax, “ħsibna għal futur. Ivarja kemm ivarja l-prezz taż-żejt, il-kontijiet jibqgħu stabbli. Kieku niġi llum u nipprova niġġustifika li l-prezz taż-żejt għola u rridu nżiedu l-prezzijied. Aħna minflok qed ngħidu lin-nies biex iserħu rashom.”

    Muscat tenna jgħid, “Bħala Gvern hekk ħa nkomplu nagħmlu - naħsbu fil-futur, mingħajr ma noqgħodu nħarsu lejn in-numri tas-surveys imma naraw dak li nagħmlu kuljum biex inlestu l-pajjiż għal dak li għandu bżonn.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0