Jirreżenjaw mill-PD għax il-partit għandu bżonn “jinfatam minn politiċi stabbiliti, politiċi diġà bi storja”

  • Set 22, 2019 10:10
  • Miktub minn iNews
"

    “L-unika triq li hemm hi dik li nħarsu ’l quddiem”. Hekk bdiet biex tgħid Marlene Farrugia ftit tal-ħin ilu fuq il-profil tagħha ta’ Facebook f’ittra lill-membri tal-kumitat eżekuttiv temporanju tal-Partit Demokratiku.

    Farrugia kompliet tgħid li kull deċiżjoni politika li ħadu fil-passat hi u żewġha kienet mibnija l-ewwel u qabel kollox fuq lealtà lejn Malta u Għawdex. Żiedet tgħid li hi u żewġha jemmnu li pajjiża għandu bżonn li jibqa’ pajjiż demokratiku fejn is-saltna tad-dritt u l-ġustizzja soċjali jibqgħu pilastri ewlenin fil-politika ta’ pajjiżna.

    Qalet li biex id-demokrazija tibqa’ ħajja f’dan il-mument jeħtieġ li jkun hawn forza politika li tiġbor fiha lil dawk il-movimenti kollha li jħaddnu viżjoni ta’ sostenibilità ekonomika, soċjali, ambjentali u rispett lejn l-umanità.

    Farrugia saħħet l-argument tagħha billi rreferiet għas-sena 2016 meta twaqqaf il-Partit Demokratiku, iżda qalet li wasal iż-żmien li dan il-partit jevolvi, anke jekk ikollu jinħatt u jinbena mill-ġdid. Biex dan iseħħ Farrugia temmen li l-partit għandu bżonn jinfatam minn “politiċi stabbiliti, politiċi diġà bi storja” u jintroduċi persuni ġodda fix-xena politika biex fl-elezzjoni ġenerali li jmiss joffri għażla lill-elettorat.

    Għal din ir-raġuni Farrugia ppreżentat ir-riżenja tagħha u ta’ Godfrey Farrugia b’mod immedjat mill-PD. Temmet tgħid li xogħolhom fil-Parlament se jkompli sa tmiem din il-leġislatura, l-aħħar waħda minħabba li mhumiex se jikkontestaw aktar elezzjonijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0