It-tifla b'ħolma li tkompli tipperfezzjona fil-kant u d-daqq tal-pjanu

  • Set 22, 2019 09:33
  • Miktub minn iNews
"

    Mariah Cacciattolo twieldet fl-10 ta’ Settembru, 2008 u tgħix mal-familja tagħha fil-Mosta. Għadha kemm spiċċat tattendi s-sitt sena l-Kulleġġ ta’ Marija Reġina fil-Mosta u qed tipprepara biex tibda sena akkademika ġdida f’Maria Reġina, in-Naxxar. 

    Il-mużika minn dejjem kienet togħġobha, bdiet titgħallem tkanta ta’ tmien snin wara li ngħaqdet fl-iskola Harmonic Ensemble Academy li tinsab fil-Mosta, immexxija minn Ritienne Azzopardi u Mro. Joseph Chircop. Hi għandha Trinity Grade 4 in Rock and Pop vocals. Apparti dan, Mariah iddoqq wkoll il-pjanu u għandha theory grade 2, u piano pratice grade 1. Barra minn hekk Mariah tħobb wkoll l-Arti. 

    Mariah tiftakar tajjeb l-ewwel konkors tagħha li kien organizzat minn Erseb Productions n-Nigret Nightclub l-15 ta’ April, 2017, fejn kienet kantat “Somewhere Only We Know” u kienet spiċċat fit-tielet post. 

    Minn dan is-suċċess baqgħet titgħallem u tieħu sehem f’konkorsi oħrajn organizzati minn Erseb Productions, Ally-El Entertainment u DBS Productions. L-ewwel konkors li rebħet kien dak f’sezzjoni bħala ‘new comer’ organizzat min Ally-El Entertainment u kellha wkoll oħrajn li ġiet fl-ewwel tliet postijiet. F’Mejju tal-2019 ħadet sehem bil-kanzunetta oriġinali tagħha “Qawsalla” fil-Konkors Melodija Maġika organizzat minn Ally-El Entertainment. Fl-aħħar konkors li ħadet sehem ta’ Erseb Productions, f’ġunju, 2019 ħadet l-overall winner s-sezzjoni tagħha. 

    S’issa Mariah ma kelliex l-okkażjoni li tmur tkanta barra, imma tħares wkoll lejn din l-esperjenza għal futur. It-tifla ħadet sehem f’diversi attivitajiet li jiġu organizzati fosthom ġbir jew f’okkażjonijiet oħra fejn kantat u kienet parti f’diversi korijiet bħal Harmonic Ensemble Choir immexxi minn Ritienne Azzopardi fil-ġimgħa tal-Pulizija u fil-kunċert tal-Milied. 

    Hija xewqa ta’ Mariah li tkompli tipperfezzjona l-kant u anke f’daqq tal-pjanu, fejn tixtieq li ’l quddiem tibda tikteb il-kanzunetti tagħha stess. Bħala professioni tixtieq li tkompli wkoll tistudja biex issir tabiba tat-tfal. 

    Mariah tagħlaq b’messaġġ “meta ikollok ħolma ibqa’ aħdem għaliha sakemm din isir realtà u m’għandek taqta’ qalbek qatt”. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0