Beda jberraq għal Simone Inzaghi

  • Set 22, 2019 00:40
  • Miktub minn iNews
"

    Wara t-telfa xejn mistennija ta’ 2-1 li Lazio sofrew kontra CFR Cluj fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League, kien hemm protesti kbar mill-partitarji tal-club mill-belt kapitali Taljana li qed jippretendu spjegazzjoni wara dan il-bidu xejn sabiħ. Fuq kollox il-coach Simone Inzaghi qed isir inqas popolari mad-diriġenti u players Biancocelesti tant hu hekk li xi players stabbiliti mhux qed jobdu l-istruzzjonijiet tiegħu.

    L-ogħla awtoritajiet tal-club donnhom qed iħarsu lil hinn u jekk l-affarijiet ma jitranġawx, il-bank tiegħu jaf jibda jixxaqqaq dejjem aktar. Saħansitra qed jissemma’ l-isem ta’ Gennaro Gattuso li ftit tax-xhur ilu tneħħa minn coach ta’ Milan.

    Inzaghi ilu jmexxi lil Lazio, l-ewwel bħala assistant coach sakemm fis-sena 2016 ingħata t-tmun tat-team f’idejh. Huwa għen lit-team jirbaħ il-Coppa Italia fis-sena 2018 u s-Super Cup Taljana sena qabel.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0