[STĦARRIĠ] Jikber id-distakk favur il-PL mill-aħħar elezzjoni tal-MPE’s

  • Set 22, 2019 07:00
  • Miktub minn iNews
"

    Hekk kif għaddew ftit aktar minn sentejn mindu saret l-elezzjoni ġenerali qed jirriżulta li d-distakk bejn il-partiti politiċi u anke bejn il-mexxejja politiċi kompla jiżdied. Fil-fatt minn stħarriġ li sar mill-istatistiku Vincent Marmara għal IT-TORĊA jirriżulta li meta wieħed jara r-riżultat tal-elezzjoni tas-sena 2017 u dak li joħroġ mill-istħarriġ jirriżulta li d-distakk bejn il-partiti l-kbar żdied b’madwar 7.6% favur il-Partit Laburista. 

    Fil-fatt fuq l-aħħar elezzjoni l-Partit Laburista żied 3.1% biex minn persentaġġ ta’ 55% issa tela’ għal maġġoranza ta’ 58.1%. Mill-banda l-oħra, il-Partit Nazzjonalista, kompla jnaqqas u minn 43.7% li ġab fl-aħħar elezzjoni, issa l-appoġġ tiegħu niżel għal 39.1%. 

    Mill-istħarriġ joħroġ li d-distakk bħalissa bejn il-Partit laburista u l-Partit Nazzjonalista f’każ ta’ elezzjoni ġenerali għada hu dak ta’ 19.0% favur il-Partit Laburista. Dan ir-riżultat jpoġġi d-distakk ta’ madwar 60,000 vot favur il-Partit Laburista. 

    Ir-raġuni prinċipali għaliex dan id-distakk bejn il-partiti kiber meta mqabbel mal-aħħar elezzjoni ġenerali hi li għandek numru kbir ta’ nies li vvotaw lill-Partit Nazzjonalista fl-2017 li qegħdin jgħidu li ma jafux x’jagħmlu f’każ ta’ elezzjoni ġenerali għada, jew ma jivvotawx. 

    Meta wieħed japplika mudell xjentifiku fuq dawk li rrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi, wieħed jkun jista’ jsib replacement xjentifiku għal dan il-grupp ta’ nies. Dan il-metodu jissejjaħ Multiple Imputation Technique u b’hekk wieħed jipprova joħroġ ir-riżultat aktar ċar tar-riżultati finali ta’ dak li jista’ jiġri. B’hekk it-tbassir tar-riżultat f’każ ta’ elezzjoni ġenerali għada huwa, 58.1% jivvotaw PL, 39.1% jivvutaw PN u 2.8% jivvotaw AD jew partiti oħra. 

     

     

     

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0