“Il-kontabilita' hija waħda mill-pilastri essenzjali għat-tmexxija tajba tas-Servizz Pubbliku”

  • Set 20, 2019 13:37
  • Miktub minn iNews
"

    F'kumment dirett ma' dan is-sit, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar saħaq li, filwaqt li l-Gvern qiegħed iħejji għall-introduzzjoni ta' teknoloġija bħall-intelliġenza artifiċjali fis-settur pubbliku, hemm diskussjonijiet interni li qegħdin isiru "biex nassiguraw li kwalunkwe proċeduri stabbiliti jkunu minnhom ukoll viżibbli u trasparenti."

    Wara li s-Servizz Pubbliku tenna l-ewwel viżjoni tiegħu, li kienet l-użu tat-teknoloġija biex s-servizzi jiġu offruti 24/7, Cutajar saħaq kif il-pass li jmiss kien biex titnieda l-viżjoni li jmiss, il-Once Only Principle. "B'dan il-prinċipju, is-Servizz Pubbliku jrid li jitlob l-informazzjoni neċessarja mill-klijenti u l-pubbliku darba biss, u biex din tkun aċċessibbli mal-aġenziji Governattivi kollha bl-iktar mod effiċjenti, mingħajr ma niksru d-drittijiet ta' privatezza tal-individwu."

    "Dan kollu sejjer jgħin biex ikollna servizz pubbliku ta' eċċellenza."

    Mistoqsi fuq ix-xogħol li sar mis-Servizz Pubbliku matul is-snin li għaddew, Cutajar saħaq li "iktar milli sodisfazzjon, inħossni kburi li kont parti minn dak kollu. Madanakollu, aħna konna u għadna obbligati, li nagħtu eżempju lokali u internazzjonali kif għandhom isiru l-affarijiet, u biex naqdu lill-pubbliku in ġenerali fl-aħjar mod possibbli."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0