Mixli li pprova joqtol lil kuġinuh wara argument dwar kirja

  • Set 20, 2019 14:31
  • Miktub minn iNews
"

    Raymond Debono ta’ 58 sena mill-Għargħur tressaq il-Qorti mixli li pprova joqtol lil kuġinuh, li huwa anzjan ta’ 74 sena, wara argument dwar kirja.

    Huwa kien akkużat ukoll li kkawża lil kuġinuh ġrieħi ta’ natura gravi, li ġarr sikkina fil-pubbliku mingħajr permess tal-pulizija u li heddu li kien  se joqtlu.

    Qed ikun allegat li Debono, li jaħdem mal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, tah erba’ daqqiet ta’ sikkina wara tilwima fuq pagamenti ta’ kera. F’dan il-każ, li seħħ l-Erbgħa li għadda fi Sqaq Warda il-Għargħur, l-vittma sofra feriti f’ġenbu.

    Id-Difiża argumentat li l-klijent tagħha kien ipprovokat u li kien għamel diversi rapporti fuq il-vittma fil-passat. L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u saret talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu. 

    Il-Prosekuzzjoni opponiet għal din it-talba u saħqet li dak li ġara jumejn ilu ma kienx “normali” u li ma kien hemm l-ebda provokazzjoni. L-Ispettur Keith Arnaud qal li apparti minn hekk, kien għad fadal jixhdu l-vittma u numru ta’ persuni oħra.

    Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat u ordnat li jinżamm arrestat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0