“Il-viżjoni tagħna ta' servizz pubbliku t'eċċellenza qiegħda titwettaq” - Mario Cutajar

  • Set 20, 2019 10:24
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt li kien qiegħed jagħti l-ewwel diskors tiegħu matul il-Konferenza li tagħti l-ftuħ għall-Ġimgħa tas-Servizz Pubbliku, is-Segretarju Permanenti Ewlieni, Mario Cutajar ħabbar li s-Servizz Pubbliku  ser ikollu kwartieri ċentrali ġodda.

    Cutajar saħaq li s-servizz pubbliku evolva u kiber tant li qiegħed jestendi l-ħidma tiegħu: "Matul is-snin, saret diċentralizazzjoni tal-ħidma tas-servizz pubbliku, tant li ħafna servizzi qegħdin jiġu offruti f'ħames hubs reġjonali biex nersqu iktar viċin lejn iċ-ċittadin. Dan il-proċess sejjer jitkompla, u aħna għandna l-għan li dan in-numru ta' hubs reġjonali sejjer jirdoppja fiż-żmien li ġej."

    "Kienet mhix biss xewqa ta' dan il-Gvern, iżda r-rieda konkreta tiegħu, li s-servizz pubbliku jkun servizz eċċezzjonali. Il-ħidma kollha li saret f'dawn l-aħħar snin kellha ħafna miri u għanijiet, pero kien hemm objettiv wieħed aħħari: Li. nagħtu servizz eċċezzjonali, biex minn kwistjoni politika, is-servizz pubbliku jkun wieħed li jieħu l-premijiet."

    Cutajar saħaq kif il-kontabilita hija l-qofol ta' dak kollu li jagħmel is-servizz pubbliku, u semma l-irwol li tista tħalli l-intelliġenza artifiċjali f'dan kollu: "Minn sistema ta' servizz pubbliku li jaqdi l-bżonnijiet tal-klijent, l-Intelliġenza Artifiċjali sejra tgħinna biex nipprevedu dak li ser ikollu bżonn il-klijent tagħna. L-isfida li għandna hawnhekk imbagħad, hija li l-kontabilita tibqa persistenti f'dak kollu li jsir."

    "Issa wasal iożż-mien li nikkonsolidaw dak li għamilna, u li nagħtu l-permanenza lill-ħidma kollha li seħħ f'dawn l-aħħar sitt snin. Il-miżuri tas-simplifikazzjoni ma jistgħux jibqgħu sfużi, iżda jridu jkunu parti minn programm totali ta' riforma."

    Fuq l-aspett tal-kontabbilita, is-Segretarju Parlamentari Ewlieni saħaq fost l-oħrajn kif il-Gvern irnexxielu jwettaq mal-1,350 miżura finanzjarji li kienu elenkati f'baġits suċċessivi, b'kuntrast mas-snin li għadda fejn in-numru qatt ma kien ippubblikat jew magħruf. "Biex inkomplu nikkumparaw, dan il-Gvern irnexxielu jwettaq mas-710 rakkomandazzjoni tal-Awditur Ġenerali. B'kuntrast, meta nqabblu ma' dawk il-bidliet li seħħew qabel l-2013, dawn ammontaw biss għal 5. Jekk dan mhux sinjal biżżejjed ta' Governanza u kontabilita bil-fatti, ma nafx x'sinjali oħra rridu nagħtu."

    "Ħames snin ilu , kienu biss ftit li emmnu li nistgħu naslu. Wara dawn is-suċċess kollha, illum ħafna iktar nies jemmnu b'dan, u li nistgħu nkomplu resqin l'hemm."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0