Passi dixxiplinari minn Inter għal Lukaku u Brozovic

  • Set 20, 2019 00:20
  • Miktub minn iNews
"

    Wara l-logħba diżappuntanti li Inter kellhom kontra Slavia Prague fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, l-ambjent fil-grupp Nerazzurro xejn ma jinsab sabiħ. Il-players kollha kellhom wirja ferm negattiva bl-avversarji tagħhom li bdew jieħdu ħafna mill-inizjattiva u kien hemm mumenti fejn ġabu lid-difiża Interista fuq sieq waħda.

    Waqt li l-players kienu sejrin lura fid-dressing room seħħet tilwima xejn amikevoli bejn Romelu Lukaku u Marcelo Brozovic. L-ex plejer ta’ Manchester United qal lil sħabu li kien hemm bżonn li jiċċaqilqu aktar fil-logħba minħabba li ħallew lill-avversarji tagħhom jagħmlu li jridu.

    Jidher li Lukaku kien qed jirreferi l-aktar għal Brozovic li dan ħadha personali tant li kieku ma ġewx mifruda minn sħabhom kienu jiġu fl-idejn. Huwa rrappurtat li dawn iż-żewġ players ftit jaraw għajn m’għajn u din l-okkażjoni setgħet ġiet agħar. Mistenni li jkun hemm passi dixxiplinari mill-club Neroazzurro fil-konfront ta’ dawn iż-żewġ players.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0