Sitt xhur ħabs fuq traffikar ta’ ecstasy

  • Set 19, 2019 19:29
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta’ 22 sena kien ikkundannat sitt xhur ħabs u mmultat €500 wara li nstab ħati li ttraffika l-ecstasy f’Paceville.

    Kien f’Lejliet l-Ewwel tas-Sena 2016 meta Surġent u Kuntistabbli li kienu fuq ronda fi Triq Dragonara, preċiżament quddiem Sky Club, lemħu lill-imputat jagħti xi ħaġa lil raġel ieħor li kien bilqegħda.

    Dak il-ħin waqqfu liż-żewġ persuni u identifikaw ruħhom bħala Pulizija u ċċekkjaw x’kellu f’idejh dak li kien bilqegħda u f’idejh kellu pillola ecstasy. Imbagħad huma ġew infurmati li kienu taħt arrest u ttieħdu d-Depot.

    Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli osservat kif il-pillola ġietx analizzata biex tkun determinata l-kontenut tagħha. Min-naħa l-oħra, saħqet li ma tistax taqbel mal-uffiċjal prosekutur li dan kien każ ta’ trafficking by sharing billi l-imputat kien wera l-intenzjoni tiegħu.

    Meta ġiet biex tapplika l-piena, il-Qorti kkunsidrat in-natura tar-reat, il-fedina penali netta tal-imputat, u l-fatt li ma kellha l-ebda diskrezzjoni fil-liġi ħlief li tikkundanah għal piena ta’ priġunerija effettiva u multa. 

    Kien għalhekk li filwaqt li sabitu ħat tal-akkuża miġjuba kontrih, ikkundannatu sitt xhur ħabs u għall-ħlas ta’ multa ta’ €500. 

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0