“Ixxukkjati” … “Fr Deo dejjem ħadem qatigħ għal din il-parroċċa”

  • Set 19, 2019 09:12
  • Miktub minn iNews
"

    “Ixxukkjati.”  Dawn kienu l-kliem li qalulna lbieraħ diversi parruċċani fil-parroċċa ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta. Dan wara li fl-aħħar jumejn imxiet sew ix-xniegħa li l-Pulizija allegatament kienu qed jinvestigaw lil kappillan ta’ din il-parroċċa  b’rabta ma’ l-għibien ta’ pitturi li jiswew mas-€70,000. Residenti li tkellmu magħna qalulna li “ixxukkjati nisimgħu b’dan. Lil Fr Deo nafuh sew. Ilu hawn ħames snin. Dejjem ħadem qatigħ għall-parroċċa.”

    Resident ieħor li tkellem magħna qalilna li “jien qabel nikkummenta rrid nisma’ l-verżjonijiet kollha. Lil Fr Deo nafuh sew. Persuna li ta’ saħħtu għal din il-parroċċa. Għamel ġid kbir fiha.”

    Ipprovajna jieħu kummenti mill-kommunità Agostinjana iżda dawn irriżultaw fin-negatttiv. Minn naħa tiegħu l-Provinċjal Leslie Gatt li fil-mument jinsab imsiefer Ruma, għażel li f’dan l-istadju ma jikkummentax minħabba nuqqas ta’ dettalji.

    Ninsabu informati li jidher li l-Pulizija riedet li l-kappillan jitressaq il-Qorti din il-ġimgħa. Jidher imma li dan mhux se jseħħ minħabba li proprju din il-ġimgħa hemm il-festa ta’ Santu Wistin fl-istess parroċċa.

    Filfatt jidher li se jkun proprju nhar it-Tnejn li ġej l-għada tal-festa ta’ Santu Wistin fil-Belt, li Fr Deo Debono ser jitressaq il-Qorti.  Hu se jitressaq b’rabta ma’ serqa ta’ pitturi. 

    Sorsi qrib il-Pulizija qalu li l-kwadri li għebu ma tantx taw fil-għajn għax flokhom tpoġġew oħrajn. Jidher li kien hemm patri ieħor intiż sew, li induna li l-kwadri li kiene hemm ma kienux dawk oriġinali.

    Ninsabu informati li jidher li l-Pulizija għadha ma rkuprat il-pitturi kollha misruqin, għalkemm din l-informazzjoni ma ġietx ikkonfermata.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0