“Il-PN m'għandux dritt jiggverna sagrosant... mhu se jissieħeb mal-ebda partit ieħor f’alleanza”

  • Set 18, 2019 20:38
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta intervistat mill-ġurnalist Brian Hansford waqt diskussjoni politika parti mill-attivitajiet tal-Indipendenza qal li l-PN ma kellux dritt li dejjem jibqa’ jiggverna sagrosant għax il-politika hija ċiklu. 

    Mistoqsi jekk xi ħadd refax ir-responsabilità ta’ żewġ telfiet elettorali kbar, Delia qal li huwa minnu li l-PN tilef l-aħħar elezzjonijiet, iżda għal perjodu twil qabel dawn it-telfiet bidel il-wiċċ ta’ pajjiżna fi snin ta’ governanza.

    Jekk jemminx li fl-elezzjoni li jmiss ikollux l-fiduċja ta’ dawk kollha fil-partit, Delia qal li huwa jinsab fiduċjuż li m’hemmx għalfejn daqstant żmien biex dan iseħħ u jemmen li diġà ra progress kbir minn dawk fi ħdan il-partit.

    Dwar ir-relazzjoni tiegħu ma’ Marlene u Godfrey Farrugia huwa qal li qabel il-Politika ma’ kellux relazzjoni minħabba li kienu ġejjin minn oqsma differenti fis-soċjetà, iżda fil-Politika spjega qal li għandu relazzjoni ta’ Membri Parlamentari. 

    Mistoqsi dwar il-possibilità ta’ koalizzjoni Delia eskluda li l-Partit Nazzjonalista mmexxi minnu jistà jingħaqad ma’ xi partit ieħor f’alleanza, iżda qal li jasal li jaħdem id f’id ma’ partiti oħrajn għall-ġid tal-pajjiż.

    Delia tkellem dwar il-viżjoni ta' gvern nazzjonalista li fil-passat investa f'setturi ġodda. Delia qal li l-pjan ta' dan il-gvern hu li jibni bla rażan u jġib aktar nies biex ikabbar l-ekonomija tal-pajjiż. Delia qal li jemmen li Malta tista' tħaddar mill-ġdid u li l-edukazzjoni hija l-għodda biex it-tfal tagħna jespandu fit-talent tagħhom u jimirħu anke barra minn pajjiżna.

    Rigward jikkunsidrax li jagħmel resuffle fil-Partit Nazzjonalista, Delia qal li fid-dinja tal-lum it-tibdil isir f'pass mgħaġġel ħafna. Qal li allura meta titkellem fuq dekasteri trid taħdem bi ħsieb u għalhekk iva meta jħoss li jkun hemm bżonn li jsir tibdil se jagħmel dan bi trankwillità kbira.

    Dwar il-baġit, kieku qiegħed imexxi l-pajjiż, meta mistoqsi jsemmi xi proposti, Delia qal li l-PN se jkun qiegħed jippreżenta prebudget document. Dan biex mhux biss jikkritika ladarba jkun ippreżentat il-baġit tal-gvern iżda jressaq l-ideat tiegħu bil-quddiem.

    Meta mitlub biex isemmi tliet punti għaliex il-poplu għandu jafda lill-PN fl-elezzjoni li jmiss, Delia qal li dan il-gvern mhux hemm għall-Maltin u l-Għawdxin, iżda qiegħed hemm għall-gwadann personali. It-tieni punt tiegħu kien l-ambjent li fil-klima tal-lum tista' tbiddel il-wiċċ tal-pajjiż biex ma jkunx hemm konsegwenzi irriversibbli. Dwar il-viżjoni ta' pajjiżna, Delia qal li dan il-gvern ma weġibx dwar x'inhi l-viżjoni għall-futur ta' pajjiżna.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0