Patri Deo Debono jitneħħa minn Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin

  • Set 18, 2019 19:36
  • Miktub minn iNews
"

    Fi stqarrija maħruġa mill-Arċidjoċesi ta' Malta fl-aħħar ħin intqal li bi qbil mal-Provinċjal tal-Patrijiet Agostinjani, Patri Leslie Gatt, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ddeċieda li Patri Deo Debono, Agostinjan, ma jibqax kappillan tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta.

    Mhux biss, Debono se jkun ordnat biex ma jeżerċitax il-ministeru saċerdotali fil-pubbliku sakemm jibqgħu pendenti l-investigazzjonijiet tal-pulizija u kwalunkwe proċedura quddiem il-Qrati ċivili. Dan b'rabta mal-allegazzjonijiet li ġew irrappurtati fil-media fil-konfront tal-istess patri.

    Skont ma qiegħed ikun irrapurtat jidher li nhar it-Tnejn li ġej, l-għada tal-festa ta’ Santu Wistin fil-Belt, Patri Deo Debono ser jitressaq il-Qorti implikat fis-serqa ta’ għadd ta’ pitturi, inċiżjonijiet u arti sagra b’valur ta’ madwar €80,000.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0