Victor Lindelof jiffirma kuntratt ġdid ma’ Manchester United

  • Set 18, 2019 18:19
  • Miktub minn iNews
"

    Victor Lindelof iffirma kuntratt ġdid ma’ Manchester United li se jżommu mal-club sa Ġunju 2024, b’għażla li jestendieh għal sena oħra.

    Lindelof ta’ 25 sena ingħaqad mal-United fl-2017 u lagħab 74 partita mar-Red Devils. Dan filwaqt li huwa lagħab 31 darba għal pajjiżu, l-Isvezja.

    Fi kliemu: “Sa mill-ġurnata li fiha ngħaqadt mal-United, ħassejtni ġewwa dari. Kbirt b’mod sinjifikanti kemm bħala player kif ukoll bħala persuna f’dawn l-aħħar sentejn u ta’ dan ninsab grat għal kulhadd fil-club għall-għajnuna u s-sapport tagħhom. Inħobb nilgħab il-football u l-għan tiegħi huwa dak li ngħin lir-Red Devils jirbħu l-unuri u b’hekk nippremjaw lura lill-partitarji għas-sapport li jagħtuna.

    “Jien naf li kulħadd fil-club jikkondividi l-istess viżjoni u se jkun qed jagħti kollox biex ireġġa’ lura lil Manchester United fil-post li jixirqilhom. Għadni żagħżugħ u naf li nista’ nitjieb iżda bl-għajnuna tal-coach u l-istaff tiegħu, nemmen li hemm affarijiet sbieħ jistennew lil dan il-club.”

    Intant, il-coach Ole Gunnar Solskjaer, stqarr li Lindelof stabilixxa lilu nnifsu ma’ Manchester United u sar player ferm importanti tat-team. Dan hekk kif huwa jġorr miegħu ċertu kalma fuq il-pitch waqt li l-coach Norveġiż iqisu bħala player determinat li jgħin lill-club jikseb is-suċċess mixtieq.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0