OKTOBERFEST MALTA: L-ikbar avveniment tal-birra f’pajjiżna b’aktar minn 100 ditta ta’ birra

  • Set 18, 2019 17:59
  • Miktub minn iNews
"

    Dan it-tmiem il-ġimgħa se tiġi organizzata l-ewwel edizzjoni tal-festival tal-birra bl-isem ta’ Oktoberfest Malta. Il-festival magħruf madwar id-dinja għall-mod uniku kif il-Ġermaniżi partikolarment dawk Bavarjani jiċċelebraw l-imħabba lejn il-birra, issa se jieħu xejra Mediterranja f’pajjiżna. 

    F’atomosfera unika ta’ mużika, ċelebrazzjonijiet u divertiment għall-familja, wieħed jista’ jżur dan l-avveniment u jduq l-ifjen birra minn Malta, il-Bavarja jew madwar d-dinja u jiekol l-itjeb platti Bavarjani jew dawk Mediterranji. Ser ikun hemm aktar minn 30 parteċipant differenti joffru l-birra u jsajru l-itjeb ikel waqt li qiegħed jisserva.  

    Dan l-avveniment qiegħed jitqies bħala wieħed uniku hekk kif l-akbar importaturi u produtturi tal-birra Maltin se jingħaqdu flimkien sabiex jesponu t-tjubija tal-birra u l-ifjen kwalitajiet ta’ l-aqwa ditti lokali u dawk internazzjonali. 

    L-istess produtturi u importaturi se jkunu qegħdin iħeġġu lill-pubbliku jipparteċipa f’logħob varju u jgħatu bosta rigali.   

    Għadd ta’ artisti lokali se jkunu qiegħdin joffru ‘l fuq minn 18-il siegħa ta’ mużika versatili li tappella għal kulħadd fi tlett żoni differenti. Dawk li se jattendu se jkunu qiegħdin jiġu imħeġġa jipparteċipaw biex flimkien u b’mod kollettiv tinħoloq atmosfera unika. 

    Dan mhux biss festival għal adulti iżda festival għall-familja kollha b’żona speċjali ukoll għat-tfal; b’animazzjoni u attivitajiet oħra ta’ divertiment fosthom ‘Luna Park’ żgħira li se tkun miftuħa kollha għall-okkazzjoni. 

    Bl-għan li jkompli jonqos l-użu tal-plastik, tazzi tal-birra se jkunu qegħdin jinbiegħu għall-prezz ta’ €2, liema tazza wieħed jista’ jżommha wara l-avveniment. 

    Oktoberfest Malta se jiġi organizzat nhar il-Ġimgħa 20, is-Sibt 21, u l-Ħadd 22 ta’ Settembru mis-6.00 p.m. ‘il quddiem f’Montekristo Ħal Farruġ. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0