Imut l-ex player ta’ Rangers, Fernando Ricksen

  • Set 18, 2019 17:41
  • Miktub minn iNews
"

    L-ex player ta’ Rangers u tal-Olanda, Fernando Ricksen, miet fl-etá ta’ 43 sena, sitt snin wara li kien ġie żvelat li huwa kien qed ibati mill-marda qerrieda tal-motor neurone.

    Fi stqarrija uffiċjali, Rangers qalu li kienu jinsabu mnikkta ferm għall-mewt tal-ex player tagħhom.

    Fernando kien qatta’ sitt staġuni ma’ Rangers li fihom għenhom jirbħu diversi unuri fejn kien ingħaqad magħhom flimkien ma’ numru ta’ players Olandiżi lura fis-sajf tas-sena 2000 taħt il-gwida tal-coach Olandiż Dick Advocaat

    Ricksen li lagħab 12-il darba mal-Olanda u li ġie akkwistat minn Rangers mingħand AZ Alkmaar għas-somma ta’ £3.75m, kien qajjem kuxjenza u ġabar fondi biex jinstab fejqan għal din il-marda permezz tal-Fernando Ricksen Foundation.

    F’Jannar tal-2015 kienet ġiet organizzata partita ta’ beneffiċjenza, li ġiet segwita minn aktar minn 41,000 spetattur fejn kienet inġabret is-somma  sabiħa ta’ £320,000, bid-dħul finanzjarju mill-imsemmija partita ġie maqsum bejn Fernando nnifsu, it-tifla tiegħu Isabella, MND Scotland u l-Fondazzjoni ta’ Karitá tar-Rangers.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0