Tennis: Bianca Andreescu tingħata merħba ta’ eroj

  • Set 18, 2019 17:00
  • Miktub minn iNews
"

    Iċ-champion il-ġdida tal-US Open, Bianca Andreescu, nhar il-Ħadd ingħatat merħba ta’ eroj meta waslet lura f’Mississauga, il-Kanada, fejn twieldet, għal-laqgħa ta’ ċelebrazzjoni hekk kif il-Kanadiżi ħaddnu lil #SheTheNorth tagħhom stess.

    Andreescu, li ġimgħa qabel għelbet lil Serena Williams biex saret l-ewwel Kanadiża li qatt rebħet titlu tal-Grand Slam, malajr saret il-favorita tal-pajjiż bil-Prim Ministru, Justin Trudeau, fost il-massa ta’ partitarji ammiraturi fil-laqgħa li saret fis-subborg ta’ Toronto.

    “Fil-Kanada kollox huwa possibbli,” kiteb Trudeau fuq Twitter. “Inti ispirazzjoni, @Bandreescu_ u aħna lkoll ninsabu tant kburin bik.”

    Din il-laqgħa ġiet milqugħa bil-kxif ta’ isem ta’ triq ad unur it-tennista ta’ 19-il sena, “Andreescu Way.”

    “Ġurnata li qatt ma jien se ninsa,” kien it-tweet tal-player numru 5 fir-rankings tad-dinja, Andreescu, flimkien ma’ ritratti tal-folol ixejru l-bnadar, iċapċpu u jgħajtu waqt l-avveniment.

    “Inħossni tassew imbierka!” hija tennet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0