Inawgurati għaxar vetturi ġodda fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

  • Set 18, 2019 16:30
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali Michael Farrugia kien preżenti għall-inawgurazzjoni ta' għaxar vetturi ġodda fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġewwa Ħal Far. B'investiment totali ta' €170,000, dawn il-vetturi l-ġodda sejrin jiffurmaw  "parti minn strateġija wiesgħa, li kapaċi twassal għal intervent immedjat min-naħa tas-CPD. Jekk il-membri tas-CPD jkunu kapaċi jaslu qabel il-vetturi l-kbar, dan ser iwassal biex insalvaw  iktar ħajjiet."

    Huwa saħaq li ftit tal-jiem ilu, kienu dawn it-tip ta' vetturi li ntużaw biex tiġi evitata traġedja, hekk kif membri li jaħdmu ġewwa d-Dipartiment irnexxielhom jaslu fuq il-post mill-iktar fis, u jsalvaw il-ħajja ta' persuna li kienet qegħda tikkontempla s-suwiċidju. Skont l-istess Farrugia, dan l-investiment huwa konferma "tar-realtà li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mhux qiegħed hemm biss biex jiġġieled in-nirien biss."

    Intant, id-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili, Emmanuel Psaila, saħaq ukoll li fiż-żmien li ġej, in-numru ta' rekruti fi ħdan id-Dipartiment sejjer ikompli jikber. Dan minħabba li r-risponsabbilitajiet u l-isfidi li d-Dipartiment qiegħed jiffaċċja dejjem qegħdin jikbru.

    Ritratti: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0