Tixhed l-ex sieħba ta' Lorin... Fenech kien joħroġ magħhom “għax ma kellux ħbieb”

  • Set 18, 2019 13:13
  • Miktub minn iNews
"

    Aktar kmieni dalgħodu ressqet ix-xhieda tagħha l-ex sieħba ta' Lorin Scicluna. Dan hekk kif kompliet tinstema' l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ żewġ suldati akkużati bil-qtil kiesaħ u biered tar-raġel mill-Kosta tal-Ivorju, Lassana Cisse. Lorin Scicluna u Francesco Fenech qed jiġu akkużati wkoll li kkawżaw ġrieħi ta’ natura gravi fuq żagħżugħ miċ-Chad.

    L-eks sieħba ta’ Lorin Scicluna xehdet kif l-ex sieħeb tagħha ġieli kkummenta li "jridu jmexxu l-pajjiż huma" fil-konfront ta' persuni ta' karnaġġjon skur. It-tfajla kompliet li kien biss lejlet il-jum tal-arrest li Scicluna kien kellimha dwar hit and run li fiha kien ittajjar persuna ta’ karnaġjon skur. Madankollu hi kien mingħaliha li r-raġel ma kienx indarab fl-imsemmi inċident. 

    Spjegat li għalkemm l-ewwel darba li Scicluna qal lil sieħbu biex joħroġ magħhom, meta din il-ħaġa rrepetiet ruħha ġibditlu l-attenzjoni li din il-ħaġa ma kinitx tagħmel sens. Scicluna kien iddefenda lil sieħbu u qalilha li Fenech ma kellux ħbieb u li ma xtaqx iħallih waħdu.

    Kompliet biex tgħid li dakinhar li allegatment ġara r-reat hi kienet marret tara film ma' oħtha u li l-ex sieħeb kien xogħol. Dakinhar kienu bagħtu xi messaġġi fejn fost l-oħrajn staqsieha fejn kienet tinsab u li aktar tard kien mar għandha.

    Meta mistoqsija dwar ir-relazzjoni li kellha ma' Sciculna hija qalet li damu f'relazzjoni għal madwar sentejn u seba' xhur. Fl-awla nħolqot emozzjoni meta t-tfajla ġiet biex tiddeskrivi r-relazzjoni li kellha ma' Scicluna u l-familja tiegħu b'ħafna mill-partijiet jidhru bid-dmugħ f'għajnejhom.

    L-avukat Franco Debono deher għall-akkużat Lorin Sciculna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0