Tabib tal-abort kellu aktar minn 2,000 fetu f’daru… investigazzjoni fl-Istati Uniti

  • Set 18, 2019 12:29
  • Miktub minn iNews
"

    Għaliex żamm aktar minn 2,000 fetu f’daru?  X’kien l-għan?  Dawn huma mistoqsijiet li qed isiru minn diversi bnadi fl-Istati Uniti. Dawn il-mistoqsijiet qed isiru wara li sar magħruf li f’residenza ta’ tabib li kien jagħmel l-abort f’Illinois, instabu  madwar 2,000 fdal ta’ feti. It-tabib hu Dr Ulrich Klopfer.

    Is-sejba saret mill-qraba huma u jiżbarazzaw l-affarijiet ta’ Dr Klopfer li miet fit-3 ta’ Settembru.

    It-tabib kien jispeċjalizza fl-abort fi klinika f’Indiana. Din il-klinika imma kellha tingħalaq. Fil-fatt il-liċenzja kienet ġiet revokata mill-gvern fl-2016.

    Dr Klopfer ġie akkużat li naqas milli jirrapporta abort fuq tifla ta’ 13-il sena lill-awtoritajiet u li ma kienx ikollu l-għajnuna ta’ esperti mediċi oħrajn waqt il-proċeduri.

    It-tabib kien qal li tul il-karriera tiegħu, il-pazjenti tiegħu kollha baqgħu ħajjin u f’saħħithom wara l-abort u kien argumenta li ħadd m’għandu jippriedka kif għandhom jgħixu ħajjithom in-nisa u li għandhom kull dritt jiddeċiedu fl-aħjar interessi tagħhom. Ma setax jonqos li dwar il-każ, infetħet investigazzjoni biet jiġi stabbilit dawk il-feti x’kienu qed jagħmlu fir-residenza.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0