Eku tal-għarqa tas-Sirjani sitt snin ilu… Malta ‘tiżżeffen fin-nofs’

  • Set 18, 2019 11:10
  • Miktub minn iNews
"

    L-għarqa ta’ xejn inqas minn 268 persuni li kienu qed jaħarbu mill-kunflitt fis-Sirja sitt snin ilu, għarqa li wasslet biex uħud minn dawk li salvaw u anke xi katavri ta’ dawk li ttellgħu mejtin, kellha żblokk fl-aħħar sigħat u li fih Malta qed tiżżeffen fin-tofs. Dan hekk kif Imħallef f’Ruma ħareġ akkużi kontra żewġ uffiċjali Taljani għal allegat rwol tagħhom fil-mewt ta’ għadd ta’ immigranti fis-sena 2013.  F’dik it-traġedja fost il-mejtin kien hemm  60 tfal. It-traġedja kienet seħħet fil-11 ta’ Ottubru tas-sena 2013. 

    F’dik it-traġedja allegatament kien saru akkużi li l-awtoriajiet Taljani u Maltin  stennew għadd ta’ sigħat biex irrispondew għal sejħiet ta’ emerġenza minn dawk l-immigranti. 

    Dik it-traġedja titqies bħala waħda mill-akbar fil-Mediterran, għalkemm warajha kien hemm traġedja akbar.

    Sitt snin wara dik it-traġedja, Leopoldo Manna li hu uffiċjal mal-Gwardja tal-Kosta Taljana u Luca Licciardo li hu uffiċjal fl-armata qed jiffaċċjaw diversi akkużi ta’ negliġenza u qtil involuntarju. 

    Dan il-każ qed jitqies bħala mill-aktar interessanti, fejn il-Qorti Taljana  qed tipprova ssib min hu responsabbli għal imwiet ta’ għadd kbir ta’ immigranti.

    Arturo Salerni, li hu l-avukat tal-vittmi, f’kummenti li għamel qal li “ebda proċeduri legali u ġudizzjarji m’huma se jġibu lura lil dawk li għerqu.  Imma għall- familji ta’ dawn il-vittmi, din hi forma ta’ ġustizzja”. 

    Luca Ciaglia, li hu l-avukat li qed jiddefendi lil Leopoldo Manna iddeskriva l-għarqa bħala ‘traġedja kbira’. Hu ddikjara li “Malta kienet responsabbli għal dik l-għarqa u dan għax l-awtoritajiet Maltin kienu qed jieħdu ħsieb l-operazzjoni ta’ salvataġġ.  Insostnu li Malta żbaljat u bagħtet kommunikazzjoni ħażina u kontradittorja.”

    Tenna li “Malta għamlitha impossibbli għall-awtoritajiet Taljani biex jagħmlu analiżi kemm is-sitwazzjoni kienet perikoluża.  L-awtoritajiet Taljani, għamlu dak kollu li qalulhom l-awtoritajiet Maltin”.

    L-istess avukat irrimarka li “Malta mhix tfittex li tistabbilixxi jekk l-uffiċjali tagħha kinux responsabbli għal din it-traġedja”.  

    Intant l-għarqiet ta’ immigranti fil-Mediterran flimkien mal-allegazzjoni ta’ pjan ta’ deterrent mill-Unjoni Ewrorpa li jkunu sagrifikati l-ħajjiet ta’ immigranti bl-għan aħħari ikun li dak li  iżommu lura immigranti oħra milli jaqsmu lejn l-Ewropa, huma parti minn sottomissjoni legali dettaljata ħafna, li tressqet quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC).  Din is-sottomissjoni ta’ 250 paġna, hi mmirata lejn dawk il-pajjiżi li huma involuti direttament fil-politika li kienet tfasslet fil-kriżi tar-refuġjati u anke għal dawk li jwettqu s-salvataġġi.  L-akkuża prinċipali tas-sottomissjoni hi dik li allegatament politiċi Ewropej kienu jafu li bil-politika li kienu qed ifasslu kien qd joħolqu  l-akbar rotta qattiela fil-Mediterran. 

    Din is-sottomissjoni se tkun qed titlob li jittieħdu proċeduri fil-konfront ta’ l-Unjoni Ewropea u uffiċjali anke fi stati membri, dwar imwiet ta’ immigranti.  Inewsmalta għamlet kuntatt mal-Ministeru tal-Intern dwar kif dan il-każ jista’ jaffettwa lil pajjiżna. Il-Ministeru qalilna li “inħallu l-Qorti Kriminali Internazzjonali tiddeċiedi”. 

    L-avukat Omer Shatz li reseal is-sottomissjoni kien qalilna  li “l-Qorti Kriminali Internazzjonali għandha ġurisdizzjoni li tipproċedi  kontra individwi u mhux kontra stati.  Aħna ipprovdejna evidenza li turi l-involviment ta’ uffiċjali ta’ Istati Membri u anke uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi krimini li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ din il-qorti.”

    Mistoqsi  dwar jekk uffiċjali f’Malta u fl-Italja jistgħux jispiċċaw quddiem din il-Qorti hu qalilna li “jien naħseb li uffiċjali f’Malta u anke fl-Italja, għandhom u se jkunu affettwati. Kull wieħed skont ir-responsabbilità li kellu”.

    L-avukat Shatz meta mistoqsi jekk hux qed jistennew passi kriminali kontra uffiċjali tal-Frontex, qalilna li ‘dan hu dak li qed nimmiraw għalih. Il-każ legali hu b’saħħtu ħafna u anke pjuttost konservattiv. L-isfida hi waħda politika”. 

    Dan il-każ ressaq minn Juan Branco , li għal xi żmien ħadem mal-ICC u mill-Avukat Omer Shatz, li hu parti mill-Università Sciences Po f’Pariġi.

    L-akkużi li qed isiru fis-sottomissjoni legali hi dik ta’ krimini kontra l-umanità. Is-sottomissjoni tgħid li uffiċjali fl-Unjoni Ewropa riedu jtemmu l-operazzjoni Mare Nostum biex allegatament inaqqsu  l-ammont ta’ vjaġġi u anke l-imwiet. Dan iżda ma seħħx għax il-vjaġġi ma naqsu waqt li l-imwiet żdiedu bi 30 darba.  L-istess sottomissjoni tgħid li uffiċjali Ewropej kienu jafu li l-operazzjoni Triton, li ġiet wara Mare Nostrum, ma kinitx adekwata.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0