“Nippreferi jkolli barrani milli ma jkollix għalliem”

  • Set 18, 2019 09:04
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    B’reazzjoni għal dak li L-ORIZZONT ħareġ fl-artiklu fejn ikkwota lill-eks President tal-MUT John Bencini jitkellem dwar ir-realtà tan-nuqqas ta’ għalliema, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni Charles Caruana Carabez għamel konferenza tal-aħbarijiet fejn qal li l-prijorità għandha tkun li t-tfal jirċievu l-lezzjonijiet. Dan għaliex, żied jgħid, “it-tagħlim huwa bħal ħajt li fih il-bricks. Kull ġurnata li ma jattendix student jew l-għalliem ħa jkun hemm bricks neqsin, u dan ma jistax ikun. Ma nistgħux noqgħodu b’nuqqasijiet. Nippreferi jkolli barrani milli ma jkollix teacher. It-tfal li m’għandhomx għalliem/a jfisser uġigħ ta’ ras kbira għal min imexxi l-iskola. Jekk inħarsu lejha b’lenti storika, l-Università minn dejjem kellha lecturers barranin.”

    Caruana Carabez qal li se jkun qiegħed jagħmel minn kollox biex jiġbor statistika dwar din is-sitwazzjoni. “Jien ma nistax nagħmel rakkomandazzjonijiet dwar din is-sitwazzjoni għax m’għandix dettalji u għalhekk se ninvestiga. Qisni baħħar f’nofs baħar fejn naf li hemm baħar imma m’għandhiex mappa. Jiena lest li ladarba jkolli iktar informazzjoni nerġa’ nsejjaħ konferenza biex ngħid eżattament x’inhi s-sitwazzjoni.”

    Huwa qal ukoll li, “ilna ngħidu li se jkun hemm ċertu skarsezza. Wieħed jinnota li mhux qed ikun hemm dik il-ħeġġa biex imorru għall-kors biex isiru għalliema.” Huwa qal dan filwaqt li nnota ukoll li l-konkorrenza għal studenti tal-lingwa, bħall-Franċiż, Ingliż u Taljan qed jonqos ukoll.

    Rigward il-kwistjoni tal-għalliema barranin, Caruana Carabez qal li jippretendi li l-Gvern jagħżel nies li huma gradwati, li dawn l-għalliema jkunu kapaċi jikkomunikaw bl-Ingliż u li jippretendi li s-sejħa internazzjonali ma saritx illum.

    Huwa qal li wieħed għandu jara kif se tiżviluppa s-sitwazzjoni u jissuspetta li l-akbar raġuni li hija minħabba l-kundizzjonijiet. Huwa qal, “il-paga ma tirriflettix il-load li għandek. Li tgħallem mhumiex is-sigħat li tagħmel fil-klassi biss. Id-demands li qed isiru huma żejda. L-għalliem għandu jiġi mħalli jgħallem u l-assessjar fuqu għandu jsir perjodikament.”

    Caruana Carabez qal li jekk il-kundizzjonijiet ikunu tajbin, m’hemmx xogħol aħjar minn tat-teaching. Huwa tenn jgħid li, “il-fatt li dħalt siegħa mat-tfal huwa tassew ta’ sodisfazzjon. Imma ma tridx tiddegrada kollox b’pagi li ma jixirqux u kundizzjonijiet tax-xogħol diffiċli.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0