Is-suċċess ta’ Mercedes Benz ikompli jiġġedded

  • Set 18, 2019 08:34
  • Miktub minn iNews
"

    B’iktar minn 177,000 bejgħ ta’ karozzi matul ix-xahar t’Awwissu, Mercedes-Benz irduppjat il-bejgħ tagħha għat-tieni darba konsekuttiva.  Fl-istess ħin, id-ditta leħqet ukoll rekord ġdid għax-xahar t’Awwissu.  Fil-fatt il-bejgħ irdoppja fi tliet reġjuni – l-Ewropa, l-Asia u n-NAFTA – f’dawn ir-reġjuni l-bejgħ kien fost l-aqwa anke x-xahar li għadda.

    Il-popolarita` kontinwa tal-karozzi kompatti kellha impatt pożittiv fuq l-iżvilupp tal-bejgħ.  Anke fejn jidħlu SUVs, dawn telgħu wkoll f’Awwissu għall-ewwel darba.  Il-bejgħ madwar id-dinja tela’ wkoll għall-mudelli saloon Mercedes-Benz C-Class u E-Class.  Il-units ta’ bejgħ li jammontaw għal 1,501,405 fl-ewwel tmien xhur, qed jindikaw l-ogħla livelli.

    Minn Jannar s’Awwissu, Mercedes-Benz żammet  is-suq fil-premium segment f’diversi swieq inkluż il-Ġermanja, Renju Unit, Franza, Belġju u Żvizzera.

    “Awwissu kien it-tieni xahar konsekuttiv għal Mercedes-Benz fejn issetjajna rekord dinji ta’ bejgħ.  L-inkuraġġiment u l-lealta` tal-konsumaturi huma assolutament sinjal pożittiv għalina meta wieħed jikkunsidra l-isfidi kbar li hawn fis-suq għal din l-industrija,” spjegat il-membru tal-Bord Maniġerjali ta’ Daimler AG, responsabbli għal Mercedes-Benz Cars Marketing and Sales.  

    “Minn Awwissu, l-konsumaturi tagħna, setgħu jordnaw it-tielet ġenerazzjoni ta’ dik li titqies bħala compact-family car, vettura kompatta u addattata għall-familja kollha, anke bħala hybrid.  L-EQ Power għal A- u B-Class huma l-offensiva tal-mudell plug-in għal Mercedes-Benz.  Sas-sena 2020, irridu nespandu r-range għal iktar minn 20 mudell,” temmiet tgħid Britta Seeger.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0