Il-President George Vella jiltaqa’ mal-President Taljan Sergio Mattarella

  • Set 17, 2019 20:29
  • Miktub minn iNews
"

    Fl-ewwel laqgħa bilaterali mal-President Taljan Sergio Mattarella, il-President George Vella stqarr li r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Italja huma b’saħħithom u għandhom ikomplu jissaħħu fiż-żmien li ġej. Min-naħa tiegħu l-President Matterella semma li r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi huma speċjali mhux biss mill-aspetti politiċi u storiċi iżda wkoll dawk kulturali u umani.

    Il-President Vella u l-President Mattarella saħqu fuq l-importanza ta’ iktar koperazzjoni bejn il-pajjiżi ġirien biex jiġu indirizzati l-problemi li qed jiffaċċja r-reġjun tal-Mediterran.

    Fost l-oħrajn dan l-approċċ għandu jintuża b’rabta mal-kwistjoni tal-immigrazzjoni, bil-President Vella jelabora dwar kif għandu jidħol fis-seħħ mekkaniżmu permanenti biex jinqasam il-piż bejn il-pajjiżi Ewropej meta jiżviluppaw każi ta’ dgħajjes bl-immigranti fil-Mediterran.

    Il-President Vella tenna li l-awtoritajiet Maltin jinsabu ħerqana li jaħdmu id f’id ma’ dawk Taljani biex jiġu indirizzati d-diversi temi u l-interessi komuni bejn iż-żewġ naħat. Fost is-suġġetti li tqajmu, iż-żewġ kapijiet ta’ stat semmew l-aħħar żviluppi fil-Libja, fl-Afrika ta’ Fuq, u fil-kontinent Afrikan b’mod ġenerali, u kif dawn għandhom effett mhux biss fuq Malta u l-Italja, iżda wkoll fuq l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Is-sitwazzjoni futura bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewopea ġiet diskussa fit-tul.

    Din il-laqgħa kordjali ntemmet biż-żewġ presidenti jesprimu x-xewqa tagħhom għal koperazzjoni sfiqa bejn Malta u l-Italja sabiex tkompli tissaħħaħ il-ħbiberija dejjiema ta’ bejniethom. 

    Għal din il-laqgħa l-President Vella kien akkumpanjat minn delegazzjoni li fost l-oħrajn kienet tinkludi lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0