Alfred Sant jgħid li banek żgħar fiż-Żona Ewro qed jintlaqtu ħażin

  • Set 17, 2019 17:55
  • Miktub minn iNews
"

    L-ewroparlamentari Dr Alfred Sant talab lill-President eletta tal-Bank Ċentrali  Ewropew biex tindirizza l-qagħda ta’banek żgħar u medji li joperaw f’pajjiżi żgħar u li kienu qed jitgħabbew bil-piż ta’regolamenti stabbiliti b’mod ċentralimill-Unjoni Ewropea.

    Waqt id-dibattitu plenarju tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu li ddiskutal-ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Dr Sant esprima l-appoġġ tiegħu għall-ħatra tas-Sinjura Christine Lagarde minkejja li ma jaqbix mal-orjentazzjoni politika tagħha u kif ukoll ma’ parti mir-rekord politiku tagħha.

    Fid-diskors tiegħu, Dr Sant esprima wkoll il-qbil tiegħu li l-politika fiskali kienet meħtieġa biex tissaħħaħ it-tkabbir fiż-żona tal-euro biex il-President il-ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew tkun tista’ tirnexxi fil-ħidma taghħa fil-futur.

    "Il-politika monetarja waħedha ma tistax tirrispondi għall-isfida li ssostni t-tkabbir, toħloq impjiegi b'valur mizjud, li ssaħħaħ il-kompetittività u li tissalvagwardja l-pensjonijiet fiż-żona tal-euro", iddikjara Dr Sant.

    Dr Alfred Sant uża l-intervent tiegħu fid-dibattitu biex jenfasizza s-sitwazzjoni tal-banek żgħar u ta’ daqs medju, kwistjoni li l-Bank Ċentrali Ewropew kellu t-tendenza li jwarrab fit-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu. Huwa qal li banek medji jew żgħar fiż-żona tal-euro, li wħud minnhom kienu joperaw fl-istati iżgħar kienu kkunsidrati bħala banek “sistemiċi”.

    Skond Dr Sant, il-ħidma ta’ dawn il-banek hi marbuta ma' swieq nazzjonali u kienu jservu ħafna SMEs fis-swieq domestiċi tagħhom li altrimenti jitħabtu biex isibu kapital għaliex banek ikbar ftit kellhom interess.

    Fil-fehma ta’ Dr Sant, dawn il-banek kienu qed jiġu mgħobbija bil-piż ta’ regolamenti stabbiliti b’mod ċentrali taħt il-proċeduri tal-unjoni bankarja u b’rizultat ta’ dan kienu qed isiru inqas u inqas profitabbli.

    Fil-votazzjoni plenarja, is-Sinjura Christine Lagarde kisbet l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew biex tkun il-President li jmiss tal-Bank Ċentrali Ewropew. F'vot sigriet, il-MPE vvotaw 394 favur, 206 kontra u 49 astensjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0