Il-Fundazzjoni MAPFRE tappoġġja proġett ta’ riċerka dwar deterjorazzjoni ta’ ċelloli u l-anzjanità

  • Set 17, 2019 16:00
  • Miktub minn iNews
"

    Tim ta’ riċerkaturi Spanjoli, immexxi mill-Professur Juan Carlos Izpisúa u Dr Pedro Guillén fost oħrajn, u appoġġjat minn Fundazzjoni MAPFRE, għamlu skoperta tal-proteina DGCR8, li għandha rwol importanti biex tnaqqas is-severità ta’ mard bħal osteoartrite.

    Sa issa, ma nstabet l-ebda kura għall-osteoartrite, marda li għandha impatt fuq il-mobilità u l-kwalità tal-ħajja ta’ 242 miljun persuna madwar id-dinja. L-osteoartrite hija kawża preliminari li tista’ twassal għal diżabilità permanenti.

    Il-Proteina DGCR8 kapaċi tipprevjeni d-detorjorazzjoni ta’ ċelluli u tippreveni l-anzjanita bikrija, billi tgħin l-għadam jfiequ b’mod aktar effettiv waqt li tgħin biex tnaqqas l-infjamazzjoni tal-muskoli.

    Il-Proġett,  imexxi mit-tim Spanjol, intitolat “Stabilizing Heterochromatin by DGCR8 Alleviates Senescence and Osteoarthritis”, kien pubblikat fil-ġurnal prestiġjuz Nature u joffri dettalji dwar il-mekkaniżmi ċellulari u mard deġenerattiv, bl-għan li jwassal għal soluzzjonijiet li jtejbu kwalità ta’ ħajja ta’ persuni maħkuma minn din il-marda.

    Il-Fundazzjoni MAPFRE ilha tikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja u s-saħħa għal aktar minn 40 sena, u kull sena talloka aktar minn 2 miljuni għal riċerka f’dan il-qasam. Wieħed minn aktar minn elf proġett li kienu iffinanzjati mill-1979, kien dak ta’ Dr Vaquero, Kap ta’ Newrokiruġija fl-isptar Puerta de Hierro de Majadahonda, f’Madrid, liema proġett kellu l-għan li jikkoreġi ċelluli fl-ispina.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0