Dak kollu dwar is-saħħa u l-benesseri waqt ix-Xjenza fil-Belt

  • Set 17, 2019 15:58
  • Miktub minn iNews
"

    Kull min jattendi Ix-Xjenza fil-Belt ta’ din is-sena se jiskopri tweġibiet għall-mistoqsijiet li dejjem kellu dwar is-saħħa  u wisq aktar! “Kif is-Saħħa?” se tilqa’u twassal għand nies ta' kull età, tnax-il għaqdatal-istudenti mill-Università ta’ Malta, li se jkunu fi Pjazza Tritoni. Kull organizzazzjoni se taqsam l-għarfien tagħha permezz ta' esperimenti, wirjiet, chats u logħob interattiv!          

    Il-kapaċità li wieħed jgħix b’saħħtu tul ħajtu fejn il-benesseri emozzjonali, fiżiċi, sesswali u soċjali jkunu fl-aqwa tagħhom hu dak li wieħed jirreferi għaliha bħala "is-Saħħa". Il-frażi, li tkun "fl-aqwa ta’ saħħtek", ngħiduha mhux biss għal ħajja mingħajr mard, iżda aktar importanti, għall-abbiltà li tirkupra mill-mard u minn ċerti uġieħ ieħor. Is-saħħa hi ħtieġa bażika li tipprovdi l-pedament għal kif ngħixu l-bqija ta’ ħajjitna kuljum. B'riferenza għall-Ġerarkija tal-Ħtiġijietta’ Maslow, metatkun f’qagħda tajba mentalment u fiżikament, tkun qed tibni l-pedament biex nilħqu u nwettqu l-ideat tagħna f’ħajjitna.

    Qatt ħsibt x'jagħmel anestetista waqt operazzjoni? Jekk xi darba hux se nkunu kapaċi nfejqu l-mard tal-kanċer? Kif jaħdmu l-vaċċini? Jew, kif id-DNA tagħmel il-ħajja possibbli? L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Istudenti tas-Saħħase tkun preżenti biex tispjega dwar ir-Radjografija u x-Xjenza Bijomedika u l-viżitaturi jistgħu jagħmlu it-testijiet tal-glukożju fid-demm, it-testijiet tal-pressjoni tad-demm u t-testijiet tal-BMI. 

    Ingħaqad mal-Medical Biochemistry Students’ Association(MBSA)biex tiskopri kif il-modifika ġenetika tal-ħajja reali tista' twassal biex titfa’ dawl fuq il-bakterji l-ħziena, biex tarakif jaħdmul-vaċċini, u tkun tista’ tiddiskuti kura potenzjali għal lewkimja tat-tip myeloid kronika. Issir taf aktar dwar il-futur tal-mariwana fil-mediċina. 

    Min jattendi jista’ jiċċekja s-snienmingħand l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Istudenti tad-Dentistrija, filwaqt mal-Grupp ta' Riċerka Elettromanjetika jista’ jara kif ir-radjazzjoni minn ċipep tal-majkrowejv tista’ potenzjalment tfejjaq il-kanċer. Min jinteressah it-titjib tas-sess f'Malta, jew qed tfittex risposti għall-mistoqsijiet tiegħu, Doctors for Choice u l-Malta Medical Students Association (MMSA) se jkunu preżenti biex jgħinu fin-normalizzazzjoni tas-saħħa sesswali.

    Jekk persuna jixtieq ssir xjentist, din hi l-opportunità li titkellem mal-Assoċjazzjoni Maltija għax-Xjentisti fil-Biomedika (MABS). Id-Dipartiment tal-Patoloġija u l-Kulleġġ tal-Patoloġisti ta’ Malta se juru diversi modi li bihom ix-xjenza tista' tgħinna nidentifikaw dak li jmur ħażin, u meta jsir hekk. Persuna tista’ ukoll takkwista ħiliet ta' salvataġġ u mmaniġġjar tal-passaġġi tan-nifs mal-Association of Anaesthesiologists of Malta (AAM)u ssir taf aktar dwar l-anestesjoloġija fil-mediċina.

    L-Alleanza Nazzjonali għall-Mard Rari  (RDM) u l-ALS se jkunu preżenti biex wieħed jitgħallem dwar ix-xogħol siewi tagħhom. Il-Biobank Malta se jispjegaw kif qed jirriċerkaw xejriet ta’ migrazzjoni permezz tal-mitokondriha u minn fejn aħna l-Maltin noriġinaw.

    Xejn ma jipproduċi benefiċċji akbar minn investiment f’saħħtek u fil-benesseri fit-tul tiegħek.Għalhekk żjara l-Ix-Xjenza fil-Belt hi investiment ta’ ħin tajjeb għas-saħħa.

    Ix-Xjenza fil-Belt hi parti miċ-ċelebrazzjoni madwar l-UE kollha. Il-Lejla tar-Riċerkaturi Ewropej hi ffinanzjata mill-Marie Sk?odowska-Curie Actions tal-Programm Horizon 2020 tal-UE, u minn numru ta’ sponsers korporattivi. Dan il-festival hu rrikonoxxut mill-Europe for Festivals and Festivals for Europe (EFFE).

    Il-Konsorzju hu mmexxi mill-Università ta’ Malta, il-Kamra tax-Xjentisti ta’ Malta u mill-Fond ta’ Riċerka tal-Università (RIDT), bi sħubija mas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, l-Ekonomija Diġitali u l-Innovazzjoni, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u Impjiegi, MCAST, Esplora, JUGS Ltd, Studio 7, BPC International, GSD Marketing Ltd, Aquabiotech Ltd, MEUSAC, PBS, Spazju Kreattiv, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, il-Kunsill Malti għall-Organizzazzjonijiet Volontarji, Small Initiatives Support Scheme, More or Less Theatre, Transport Malta, Kreattiv u Creative Community tal-Kunsill Malti tal-Arti.

    Il-programm kollujinsab fuq www.scienceinthecity.org.mt, u għal aġġornamenti regolari tista’ ssegwi l-festival fuq Facebook: www.facebook.com/ScienceInTheCityMalta

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0