24 siegħa ta’ waterpolo b’risq is-Special Olympics Malta

  • Set 17, 2019 14:26
  • Miktub minn iNews
"

    Għall-ewwel darba fl-istorja se ssir maratona ta’ 24 siegħa tal-waterpolo b’risq Special Olympics Malta. Din se ssir matul tmiem il-ġimgħa li ġej bejn il-21 u t-22 ta’ Settembru. 

    L-attività mistennija ssir fin-Neptunes Waterpolo Sports Club u fiha mistennija jieħdu sehem mijiet ta’ plejers tal-waterpolo. 

    Taħt il-Presidenza tal-mara tal-Prim Ministru, Michelle Muscat it-tim tal-Ispecial Olympics Malta marret tajjeb ħafna fil-logħob ta’ Abu Dhabi li saru f’Marzu tal-2018. Il-kontinġent ta’ 28 atleta rebaħ xejn inqas minn 40 midalja. Dan is-suċċess kien dovut għal sigħat twal ta’ dedikazzjoni u taħriġ speċjalizzat mat-tfal, żgħażagħ u anke atleti kbar li kollha għandhom spettru wiesa’ ta’ diżabilitajiet. 

    L-Ispecial Olympics Malta toffri diversi faċilitajiet, kowċis iddedikati u nies li jagħtu l-appoġġ tagħhom f’diversi dixxiplini. Barra minn hekk, tipparteċipa f’diversi kompetizzjonijiet internazzjonali. Minħabba f’hekk, ikollha spejjeż kbar u allura kellha torganizza din l-attività ta’ ġbir ta’ fondi. 

    Jidher li din il-maratona tal-waterpolo diġá ġġenerat ħafna entużjażmu. Fl-attività se jkun hemm programm sħiħ ta’ divertiment li għandu jferraħ lil dawk kollha li jattendu. Barra minn hekk, se jkun hemm 24 siegħa sħaħ ta’ logħob tal-waterpolo. 

    Se jsiru wkoll interventi minn personalitajiet, intervisti fuq ir-radju u t-televiżjoni, filwaqt li jittellgħu kontinwament ir-ritratti fuq il-midja soċjali. 

    Kull min jista’ hu mħeġġeġ biex jagħti d-donazzjoni tiegħu ħalli jgħin lill-Ispecial Olympics Malta. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0