L-Italja tgħid li se twassal 90 immigrant fl-ibħra Maltin … Sejħa biex jiġu trasferiti fuq patrol boat tal-FAM ma tintlaqax

  • Set 17, 2019 13:54
  • Miktub minn iNews
"

    Nuqqas ta’ qbil bejn Malta u l-Italja dwar 90 immigrant li ġew salvati tard ilbieraħ filgħaxija spiċċat f’kontroversja, biż-żewġ pajjiżi jistennew li l-pajjiż l-ieħor jerfa’ r-responsabbiltà tas-salvataġġ.

    Id-90 immigrant ġew salvati mill-awtoritajiet Taljani tard ilbieraħ wara sejħa għall-għajnuna waqt li kienu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta.

    Intant illum il-gwardja tal-kosta Taljana qalet li intervjeniet wara li ntalbet mill-awtoritajiet Taljani. L-awtoritajiet Taljani anke qalu li se jkunu qed iwasslu d-90 immigrant fl-ibħra Maltin fejn se jkun qed jistennew għal struzzjonijiet biex ikunu jistgħu jniżżlu l-immigranti.

    Jidher li sejħa biex patrol boat tal-Forzi Armati ta’ Malta tiltaqa’ mal-bastiment Taljan biex l-immigranti jiġu trasferiti ma ntlaqgħetx.

    Din mhux l-ewwel darba li Malta u l-Italja kellhom nuqqas ta’ ftehim dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni. Dan is-suġġett mistenni li jiġi diskuss il-ġimgħa li ġejja hekk kif il-ministri għall-affarijiet interni tal-istati membri tal-UE se jiltaqgħu waqt summit li se jkun qed jiżvolġi f’pajjiżna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0